Kenneth-John Frendo, iben John u Myriam, twieled fit-tlettax t'Ottubru ta' l-1970. Hu gradwa bħala “Financial Accountant” mill- Institute of Financial Accountants fl-Ingilterra fl-1992. Minn hemmhekk hu kompla l-istudji maniġerjali tiegħu ma' Henley Management College fejn fl-1998 akkwista “Postgraduate Diploma in Management Studies” mill-istess kulleġġ. Hu kompla jistudja l-‘management' f'livell ta' Masters u fis-sena 2000 gradwa “Master of Business Administration” minn Brunel University ġewwa Londra.
Fid-dawl ta' l-interess li għandu fil-qasam finanzjarju, Kenneth kompla jispeċjalizza f'dan il-qasam billi segwa kors ta' studju ma' l- Universita' ta' Leicester ġewwa l-Ingilterra minn fejn gradwa “Master of Science in Finance” fl-2004. Sadanittant, fl-2003, wara li laħaq il-kriterji professjonali u akkademiċi neċessarji, Kenneth akkwista' id-Diploma ta' “Chartered Manager” miċ- Chartered Management Institute fl-Ingilterra.
Fil-preżent, Kenneth jokkupa l-pożizzjoni ta' “Chief Financial Officer” ma' organiżazzjoni ewlenija f'Malta.
Tajjeb insemmu wkoll illi Kenneth studja għal xi żmien il-mużika għand is-surmast Philip Gatt u s-surmast John-David Zammit. Hu kien ukoll l-ewwel Assistent Surmast tal-Banda Anici fl-1988 iżda kellu jħalli din il-kariga minħabba mpenji professjonali u akkademiċi. Madanakollu, l-interess Mużikali fih qatt ma naqas, fil-fatt hu kkompona diversi Marċi brijjużi u Funebri.
Minkejja l-fatt li Kenneth kellu jħalli l-kariga t'assistent surmast tal-għaqda Soċjo- Mużikali Anici, huwa xorta waħda baqa' jsegwi mill-qrib l-evolviment tal-Għaqda, fil-fatt hu daħal membru uffiċjalment fl-2007, u issa għadu kif inħatar President tas-soċjeta'.
Kenneth huwa miżżeweġ lil Josette u għandu żewġt tfal, Jerome u Jethro.
|
Kumitat tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici |
Kenneth J. Frendo MSc Finance (Leicester), MBA (Brunel), CMgr, FCMI, FFA. |
Is-Sur C. Polidano / aaaaaa Is-Sur S. Debono
|
Dr. Antoine Agius |
Is-Sur C. Micallef |