Festa
Demostrazzjoni bl-istattwa ta' San Ġorġ Martri mill-Banda Anici A.D.1988 nhar l-Erbgħa 25 ta' Ġunju 2014
 
Il-Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Anici A.D.1988 li sar il-Ġimgħa 27 ta' Ġunju 2014.
 

Il-Marċ tal-aħħar tridu mill-Banda Anici A.D.1988 nhar il-Ġimgħa 28 ta' Ġunju 2013

 

L-ewwel dehera tal-Banda fil-Festa ta' San Ġorġ Martri kien billi daqqet, fl-aħħar jum ta' Tridu, li kien nhar il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju 1988, u nhar il-festa, il-Ħadd filgħodu, 26 ta' Gunju 1988, fejn għamlet marċ brijjuż mat-toroq tal-Parroċċa u allegrat mhux ftit bil-marċi sbieħ u brijjużi li daqqet. Għall-okkażjoni, minkejja li kienet ilha ftit xhur biss imwaqqfa xorta waħda ppublikat ktieb b' sitta u tletin paġna, li baqa' joħroġ u jikber. Id-Deriġenti kienu għamlu dan, biex, is-Soċi u l-Ammiraturi, juruhom x' ħejjew għall-festa. Kien sar Bord Editorjali, li kien kompost mill-Professur Antoine Agius, President tal-Għaqda, Chev. John Mary Spiteri, Direttur Ġenerali u Dr. Carmel Bianchi President Onorarju li kien inħatar bħala Editur.

Minn dakinhar 'l hawn, il-Banda Anici, baqgħet tagħti s-servizz tagħha fil-Festa Titulari u saħansitra wkoll mis-sena 1992 żiedet il-parteċipazzjoni tagħha għal Erba' servizzi, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Gimgħa u l-Ħadd filgħodu. Dan ma kienx biżżejjed għad-Diriġenti u sena wara żieded ukoll is-Sibt lejliet il-Festa. Dawn is-servizzi għadha tagħtihom sal-lum. B'hekk il-Banda Anici bħala banda tal-Parroċċa ħadet kull dritt li kien jixirqilha.