Ġimgħa l-Kbira
 

 

Sehem il-Banda Anici fil-Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir f'Ħal Qormi

Bla dubju ta' xejn il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir fil-Parroċċa tagħna huma żewġ festi kbar li nagħtuhom ħafna importanza. Dan mhux biss għaliex fil-fidi tagħna din hija l-akbar ġrajja, iżda wkoll bil-ġmiel ta' purċissjonijiet li nagħmlu u li juru kemm hi kbira l-imħabba tagħna lejn it-tagħlim tal-Knisja Kattolika fejn it-tradizzjoni u l-fidi tagħna huma marbutin flimkien. Dan ikompli juri wkoll il-fatt li kemm fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll f'dika tal-Għid il-Kbir għandna vari artistiċi li jsaħħruk bil-moviment artistiku tagħhom frott il-ħidma ta' missirijietna, u li aħna komplejna fejn ħallew huma.

Il-Banda Anici bħala Banda tal-Parroċċa sa mill-bidu nett mit-twaqqif tagħha ħadmet biex tibda tipparteċipa f'dawn il-festi u żomm din it-tradizzjoni ħajja, fil-fatt l-ewwel dehra tal-Banda fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet il-Ġimgħa 24 ta' Marzu tal-1989, liema purċissjoni toħroġ mill-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi u dan kien proprju fl-ewwel sena mit-twaqqif tal-Banda. Il-Banda li, titpaxxa tħares lejha u tismagħha, ħadet postha quddiem il-Vara artistika ta' Kristu fl-Ort tal-Ġetsemani. Il-Banda li, titpaxxa tħares lejha u tismagħha, ħadet postha quddiem il-Vara artistika ta' Kristu fl-Ort tal-Ġetsemani. Din il-Vara hi tal-kartapesta u ma nafux eżatt min ħadimha, hemm min jgħid li hi ta' Karlo Darmanin u hemm min jaħseb li hi ta' Vincenzo Cremona u dehret fil-purċissjoni xi snin wara 1978.Quddiem il-Banda fil-purċissjoni jkun hemm il-Vara ta' l-Aħħar Ċena, xogħol Salvatore Bruno minn Bari fl-Italja u żżanżet fil-purċissjoni tal-1961. Din il-Vara hija l-akbar waħda fil-purċissjoni u l-unika f'Malta. Il-purċissjoni toħroġ nhar il-Ġimgħa l-kbira fil-5:30p.m.

Kien fit-3 ta' Mejju ta l-1993 meta wara ħidma bla waqfien grazzi wkoll għall-Kan. Karm Aquilina Arċipriet ħareġ id-digriet mill-kurja tal-Ariċsqof iffirmat minn Mons. Vigarju Ġ enerali dak iż-żmien Annetto Depasquale li ta d-dritt biex il-banda Anici tibda tieħu sehem ukoll fil-purċissjoni ta' l-Għid il-Kbir li toħroġ mill-istess Parroċċa. Kien Ħadd il-Għid 3 t' April ta l-1994 meta l-banda Anici daqqet għall-ewwel darba f'din il-purċissjoni li toħroġ nhar l-Għid il-Kbir fid-9:00 ta' filgħodu. Il-Banda Anici tkun fil-purċissjoni wara l-istandard tal-Parroċċa mill-konfraternita tas-Santissmu Sagrament. Il-Vara ta' Kristu Rxoxt hija vara impressjonanti magħmulha mill-kartapesta pero' ma nafux min hu l-awtur tagħha li nafu żgur li għandha l-fuq minn 200 sena. Fl-1891 saru żewġ suldati minn Censu Cremona li żdiedu mal-vara b'hekk il-vara tikkonsisti fi Kristu ħiereġ mill-qabar rebbieħ u żewġ suldati li kienu jgħassu l-qabar. Fl-2011 sar l-aħħar restawr fuqha u nbidel ukoll il-kulur ta' l-ilbies tas-suldati u kif ukoll reġa' ħareġ id-disinn imnaqqax fil-ibsa ta' Kristu.

F'dawn il-festi s-sehem tal-Għaqda minnbarra l-banda fil-purċissjonijiet imsemmija tagħti wkoll il-kontribut tagħha fejn jidħlu wirjiet marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa. Sa mill-1994 fil-każin f'dawn il-jiem ta' kull sena l-għaqda tellgħet diversi wirjiet u dan għamlitu biex tkompli mhux biss issaħħaħ dawn id-drawwiet iżda wkoll tkompli ddaħħal fl-ispirtu ta' dawn il-festi lill-poplu Qormi u lil dawk il-mijiet ta' nies li jiġu jżuru din il-wirja. Fil-fatt nista' nsemmi wkoll li l-Għaqda tagħna kienet ta' quddiem nett mill-għaqdiet fil-Parroċċa, li bdiet ittella' dawn il-wirjiet. L-Għaqda wkoll għandha fl-arkivji tagħha diversi marċi funebri li jindaqqu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira biżżejjed ngħidu li hemm ħames volumi ta' libretti bil-fuq minn 35 marċ funebru f'kull librett, li minnhom jindaqqu kull sena b'mod alternattiv u ħafna oħrajn li għadhom mhux utiliżżati. Fost il-marċi li jindaqqu hemm uħud minnhom li jistgħu jindaqqu biss mill-Banda Anici fost dawn hemm żewġ innijiet iddedikati lill-Madonna tad-duluri, wiehed ta' Ex Surmast tal-Banda Andrew Calleja li żżanżan fl-1999 u l-ieħor tas-Surmast kavallier Abel Joseph Mizzi li żżanżan fl-2004 u l-versi tagħhom it-tnejn inkitbu mil l-president onorarjju tal-Għaqda l-kav Dr. Carmel Bianchi.

Fil-purċissjoni tal-Għid il-Kbir il-Banda ddoqq sett ta' 10 valzi mill-isbaħ kollha kompożizzjoni ta' l-ewwel Surmast li kellha l- Banda, Mro. Frankie Galea (1987-1998) fejn wara kien inħatar Surmast Onorarju. Is-Surmast Frankie Galea miet l-Erbgħa 1 ta' Frar 2012. Dawn kienu ġew sponsorjati mill-President tal-Għaqda (1987-2010) illum President Emeritus u Viċi President in-Nuter Antione Agius. Ħafna minn dawn il-marċi funebri kif ukoll il-valzi issibuhom fuq casettes u CD's, fil-fatt hemm tnax bejn casettes u CD's.Dawn wieħed jista' jakwistahom mill-każin Banda Anici.

 

 
imgħa l-Kbira 2014
 
Ġimgħa l-Kbira 2012
   
Għid il-Kbir 2014
 

Għid il-Kbir 2012

   

Ġimgħa l-Kbira

 

 

2007

   
imgħa l-Kbira 2011
   

Għid il-Kbir 2011

 

   

Ġimgħa l-Kbira 2010

   

Għid il-Kbir 2010

   
1990
   
1994 L-ewwel dehra tal-Banda fil-Purċissjoni tal-Għid il-Kbir
Għid il-Kbir 2006
2009 Meta żżanżnet l-ingravata l-ħamra
qabel ir-restawr tal-2011
 
Il-Vara rrestawrata fl-2011
 
Click this link Qormi Good FridayStatues