AWWISSU 2010
L-Erbgħa 4, saret il-laqgħa tal-Kummissjoni Festa
Il-Ħadd 8, Il-Banda ħadet sehem fil-Festa ta' San Gejtanju fil-Ħamrun.
It-Tlieta 10, Il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu.
Il-Ħadd 15, Il-Banda daqqet il-Gudja fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Marija.
Il-Ġimgħa 20, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Ġurnata Għawdex għall-familja kollha.
It-Tnejn 23, Dr Antoine Agius ġie maħtur President Emeritus kif ukoll ġew iffurmati l-Kummissjoni Banda u Sezzjonjiet Żgħażagħ Stillieri u Soċi Nisa Attivi biex iservu għas-sentejn li ġejjin.
Is-Sibt 28, Il-ħbieb tas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri organiżżaw B.B.Q. Fit-Torri l-Qrendi
Il- Ħadd 29, Attendenza fil-ftuħ tal-wirja marbuta mal-wine festival organiżżat mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri.
LULJU 2010
Il-Ħadd 4, Il-Banda ħadet sehem fil-festa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun.
Il-Ħadd 11, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw
ġurnata Għawdex għall-familja kollha.
Il-Ħamis 15, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għall-Programm mużikali organizzat mill-Banda Pinto f'l-okkażjoni tal-festa ta' San Sebastjan.
Il-Ħamis 22, Is-Sezzjoni Żgħażagħ attendiet għal-stedina mill-Kummissarju tal-Puluzija flimkien mal-Kunsill Lokali għas-serata kommemorattiva fl-okkażżjoni tal-kxif ta` bust tal-ex kuntistabbli tal-Puluzija 949 Roger Debattista fil-limiti tal Ħlas Ħal Qormi Is-Sibt 24, Il-Ħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici organiżżaw ġita ta' ġurnata fi Sqallija.
Il-Ħadd 25, Il-Banda daqqet fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Venera.
It-Tlieta 27, ġie maħtur Is-Sur Kenneth J. Frendo bħala President tal-Għaqda kif ukoll il-Kumitat li ser immexxi l-Għaqda għas-sentejn li ġejjin. Il-Ġimgħa 30, il-Banda ħadet sehem fil-festa ta' San Duminku fil-Belt Valletta.
ĠUNJU 2010
Is-Sibt 5, Rappreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv Attendew għall-Kunċert mis-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.
Il-Ħadd 6, il-Banda ħadet sehem billi daqqet innijiet Reliġjużi fuq iz-Zuntier fil-Festa ta' Corpus Christi.
Is-Sibt 12, sar riċiviment fil-Każin fl-okkażżjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri għall-Bandisti, Soċi, Benefatturi u mistednin oħra.
It-Tnejn 14, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-riċiviment mill-Arċipriet fil-bitħa taċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ħamis 17, Rapreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-peagent dwar il- ħajja ta' San Ġorġ Martri mtellgħa mill-Għaqda Qawmien.
Il-Ġimgħa 18, saret il-Lejla Maltija quddiem il-Każin.
Is-Sibt 19, Saret Għana Maltija Quddiem il-Każin.
It-Tlieta 22, Il-President u s-Segretarju tal-Għaqda poġġeww kuruni ta' fjuri quddiem l-istatwi ta' San Ġorġ u dik ta' San Sebastjan.
It-Tlieta 22, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet marċ mat-toroq.
L-Erbgħa 24, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet marċ u dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ Rebbieħ.
Il-Ġimgħa 25, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri tellgħet programm mużikali quddiem il-Każin u wara għamlet il-marċ il-kbir.
Is-Sibt 26, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Funeral ta' Mrs. Vincensa Psaila membru tal-Għaqda.
Is-Sibt 26, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet marċ mat-toroq.
Il-Ħadd 27, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet il-marċ ta' filgħodu. Mejju 2010
Is-Sibt 1, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Funeral ta' Carmela Zammit Benefatriċi tal-Għaqda.
Is-Sibt 8, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Kunċert mill-Banda San Gabriel ta' Ħal Balzan.
Is-Sibt 15, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Kunċert mill-Banda St Elena ta' B'Kara.
Il-Ħadd 16, Saret is-Seduta Ġenerali Anwali.
It-Tlieta 25, Sar marċ mat-Toroq bil-kolloborażżjoni tal-Kunsill Lokali mill-Banda komposta mit-Tlett Baned Qriema fl-Okkazzjoni ta' Jum Ħal Qormi.
Is-Sibt 29, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Cold Buffet fil-Kazin.
Il-Ħadd 30, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Funeral ta' Mrs. Lorenza Debono Omm Bandist tal-Għaqda. April 2010 Il-Hamis 1, ĠIs-Sezzjoni Żgħażagħ organizzaw privates għas-seba' Visti.
Il-Ġimgħa 2, Il-Banda ħadet sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Ħadd 4, Il-Banda ippartiċipat fil-Purċissjoni tal-Għid il-Kbir.
Il-Ħadd 11, il-Banda Anici ġiet mistiedna biex tagħmel marċ u Programm Mużikali fil-Pjazza San Franġisk. Fl-okkażżjoni tal-Festa tar-Rebbiegħa. Il-Marċ beda fis-6:00 p.m. minn ħdejn il-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ Martri u mexa għal Triq il-Kbira sal-Pjazza msemmijja. Biex għall-ħabta tas-6:30 p.m. il-Banda tat bidu għall-Programm Mużikali.
Is-Sibt 17, ġiet organiżżata ikla fil-każin mill-Kumitat Amministrattiv fl-okkażjoni ta' Jum San Ġorġ Martri u t-22 Anniversarju ta' l-Għaqda.
Il-Ħadd 18, Il-Banda tat tislima lil-Papa Benedittu XVI billi daqqittlu l-Innu Pontifiċju meta għall-ħabta tal-5:00p.m.għadda bil-PopeMobile minn Triq il-Vittorja biswit il-Każin.
L-Erbgħa 21, Rapreżentanti mis-Sezzjoni Żgħażagħ attendew għal serata mużika letterarja organiżata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Festi Esterni San Ġorġ Martri. Il-Ġimgħa 23, sar marċ mill-Banda fl-okkażjoni tal-Jum Liturġiku ta San Ġorġ Martri u Jum is-Soċjeta'.
Is-Sibt 24, Rapreżentanti mis-Sezzjoni Żgħażagħ attendew għal-seminar ta' ġurnata fil-Palace Hotel Sliema bl-isem ta' ‘Youth in Action Programme imtella' mill-aġenzija programmi tal-Unjoni Ewropeja għaż-żgħażagħ. Marzu 2010 L-Erbgħa 24, ġiet inawgurata l-Wirja tal-Passjoni minn Dr. Joseph Muscat Kap tal-Oppożizzjoni liema wirja kienet esebita fil-każin.
L-Erbgħa 24, rapreżentanti mis-Sezzjoni Żgħażagħ attendew għall-wirja mtella' mis-Sezzjoni Żgħażagħ Festi Esterni San Ġorġ Martri.
Il-Ħamis 25, Rapreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-akkademja mill-Banda Sant Helena ta' Birkirkara.
Is-Sibt 27, Rapreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv attendew għad-dramm tal-Passjoni fl-Oratorju Sagra Familja organizzat mill-Għaqda Qawmien.
Il-Ħadd 28, Ġurnata Għawdex għall-Familja kollha organiżżata mill-Kumitat Amministrattiv.
L-Erbgħa 31, Rapreżentanti tal-Kumitat attendew għall-laqgħa ma' l-Arċipriet dwar il-Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir
Frar 2010 Il-Ġimgħa 12, Fil-għaxija il-banda ħadet sehem fil-Karnival f'Ħal Qormi organiżżat mill-Kunsill Lokali.
Il-Ġimgħa 19, raprezentanti mill-Kummitat Amministrattiv attendiet għal-Laqgħa Ġenerali organiżżata mill-Għaqda Każini tal-Banda.
Is-Sibt 20, ġiet organiżżata Pizza Night fil-każin.
L-Erbgħa 24, Bandisti tal-Għaqda ħadu sehem mall-Banda tas-soċjeta' Filarmonika Pinto, kif ukoll il-Kuminat Amministrattiv għall-Funeral li sar liż-żewġ vittmi tal-kamra tan-Nar ta' San Sebastjan Ħal Qormi
JANNAR 2010 Il-Ħadd 3, L-Onorevoli Marlene Pullicino għamlet il-preżentazzjonijiet ta' t-trophies sponsorjati minnha stess lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-Pool u tas-snooker li ġew organiżżati fil-każin.
L-Erbgħa 6, raprezentanti mill-Kumitat attendew għar-riċiviment mogħti mill-Għaqda Każini tal-Banda.
Is-Sibt 9, rappreżentanti tas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendew għall-quddisa fil-Knisja Parrokkjali f'l-okkazzjoni t' għeluq -l 10 snin mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi' ħdan il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi.
Il-Ħamis 14, il-Banda għamlet ir-recording ta' sett Marċi Brijjużi ġodda 2010 għand Boffa Studio Raħal Ġdid.
DIĊEMBRU 2009
Il-Gimgħa 11, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv u mis-Sezzjoni Żghażagħ Stillieri attendew għall-Akkadamja Mużiko-Letterarja organiżżata mis-Sezzjoni Żghażagħ tal-Kumitat Festi Esterni li saret fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri.
Is-Sibt 12, sar il-Christmas party għat-tfal fil-każin.
Is-Sibt 12, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-programm mużikali mill-Banda San Ġorġ Martri u Premju int it-tnejn li huma bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi.
L-Erbgħa 16, rapreżentanza mis-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendew għall-quddiesa għaż-żgħażagħ fil-Knisja Ariċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri organiżata mil-liturgical group tal-fergħa link.
Is-Sibt 19, sar il-Christmas Dinner Dance organiżżat mill-Kumitat Amministrattiv fil-Bella Vista Hotel fil-Qawra.
Il-Ħadd 20, It-Tnejn 21 u t-Tlieta 22, is-Sezzjoni żgħażagħ organiżżaw Santa Claus Coming to Town.
Is-Sibt 26, raprezentanti mill-Kumitat attendew għall-quddieasa Presente Cadavre tas-Soci Joseph Mallia.
Is-Sibt 26, Sar il-Prize Day Concert għall-istudenti mużikali li jitgħallmu l-Mużika fl-għaqda tagħna.
Il-Ħadd 27, Il-Banda għamlet il-Marċ tal-Milied bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi.
NOVEMBRU 2009
Il-Ġimgħa 6, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal Musical Ġorġi Fjur tal-Martri organizzat mill-Għaqda Qawmien fl-Istitut Kattoliku l-Floriana.
It-Tnejn 9, rapreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-laqgħa ma' l-Arċipriet Rev. Kanonku Anton Cassar li fiha ġie diskuss id-dokument li ppubblikat il-Kurja dwar il-Festi.
It-Tlieta 10, iċ-Chairman tal-Kummissjoni Banda u r-Rapreżentant tal-Bandisti Lokali attendew għal-laqgħa mal-Kunsill Lokali dawr is-sehem tal-Banda fil-Festi tal-Milied 2009.
It-Tnejn 16, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri għall-quddiesa b'sufraġju tal-President Onorarju ta' l-Għaqda Alfred Scerri.
Is-Sibt 21, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet bl-istandart tal-għaqda fil-Belt Valletta fl-okkażżjoni tal-Festa ta' Santa Ċeċilja organizzata mill-Għaqda Każini tal-Banda.
Is-Sibt 21, ġiet organiżżata Pasta Night fil-Każin. Il-Ħamis 26, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-ftuħ tal-website il-ġdida tal-Kunsill Lokali OTTUBRU 2009
Il-Ġimgħa 16, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv u Sezzjoni Żgħażagħ attendew għal- attivitá bit-Tema "Insaħħu l-Festi."
Il-Ġimgħa 23, rapreżentanti tal-Kumitat Amministrattiv attendew għall-laqgħa organiżżata mill-Għaqda Każini tal-Baned.
Il-Ġimgħa 23, il-Kast tas-Sensiela Televiziva "Evanġelisti" kienu live fil-Każin Is-Sibt 24 , ġie organizzat Cold Buffet fil-Każin.
Is-Sibt 24, ġiet inawgurata l-Website il-ġdida tal-Għaqda.
Il-Ħadd 25, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-Quddiesa ta' Radd il-Ħajr l-Alla għall-ħatra ta' Kanonku tal-Kolleġjata ta' San Pawl Nawfragu ta' Rev. Lawrenz Zammit. SETTEMBRU 2009 L-Erbgħa 9, rappreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall funeral ta' Pawlu Borg Bandist tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan.
Is-Sibt 12, Sar B.B.Q. Organiżżat mill-Għaqda fil-Bella Vista Hotel, il-Qawra.
L-Erbgħa 23, Rappreżentanza mill-Kumitat Aministattiv u Sezzjoni żgħażagħ attendew għat-tnedija tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fiċ-Ċentru Laburista Qormi.
Il-Ġimgħa 25, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-laqgħa ġenerali ta' l-għaqda Każini tal-Banda.
L-Erbgħa 30, Rapreżentanti mill-Kumitat attendew għall-quddieasa prezenta cadavre tas-Soci John Mary Grech. AWWISSU 2009
Il-Ħamis 6, Rappreżentanti mill-Kumitat Aministrattiv attendew għall-programm mużikali mill-Banda San Lawrenz tal-Birgu.
Il-Ħadd 9, Il-Banda ħadet sehem fil-Festa ta' San Gejtanju fil-Ħamrun.
It-Tnejn 10, il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu.
Is-Sibt 15, il-Banda daqqet il-Gudja fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Marija.
It-Tlieta 18, Rappreżentanti mill-Kumitat Aministrattiv attendew għall-programm mużikali f'għeluq id-90 sena mill-Banda Sant Elena ta' Birkirkara.
Il-Ġimgħa 21, Il-Kumitat Amministrattiv organiżża Ġurnata Għawdex għall-familja kollha.
Il-Ħadd 31, rappreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-ftuħ tal-wirja ta' l-Inbid organizzata mill-Kumitat Festi Esterni. LULJU 2009
Il-Ħadd 5, Il-Banda ħadet sehem fil-festa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun.
It-Tlieta 7, Rappreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv u Sezzjoni żgħażagħ Stillieri attendew għall-Funeral ta' omm il-President ta' l-għaqda is-Sinjura Agnes Agius.
Il-Ħamis 9, rappreżentanza mill-Kumitat attendew għall-kunċert mill-Banda San Gabriel ta' Ħal Balzan.
Il-Ħadd 12, Il-Kumitat Amministrattiv organiżża ġurnata Għawdex għall-familja kollha.
Il-Ħamis 16, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għall-Programm mużikali organizzat mill-Banda Pinto f'l-okkażjoni tal-festa ta' San Sebastjan.
Il-Ħamis 23, saret il-laqgħa tal-Kummissjoni Festa li fiha ġiet diskussa l-festa 2009.
Is-Sibt 25, il-Kumitat Amministrattiv organiżża
ġita ta' ġurnata
f'Catania.
Is-Sibt 25, sparatura fuq il-plattini organizzata mid-Delegat Sports fi ħdan l-Għaqda.
Il-Ħadd 26, Il-Banda daqqet fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Venera.
Il-Ġimgħa 31, il-Banda ħadet sehem fil-festa ta' San Duminku fil-Belt Valletta. ĠUNJU 2009
Il-Ġimgħa 5, Rappreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv Attendew għall-Kunċert mis-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.
Is-Sibt 13, sar riċiviment fil-Każin fl-okkażżjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri għall-Bandisti, Soċi, Benefatturi u mistednin oħra.
Il-Ħadd 14, il-Banda ħadet sehem billi daqqet innijiet Reliġjużi fuq iz-Zuntier fil-Festa ta' Corpus Christi.
It-Tnejn 15, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-riċiviment mill-Arċipriet fil-bitħa taċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 16, rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Akkademja Mużiko-Letterarja fil-knisja ta' San Ġorġ Martri f'għeluq id-90 sena tal-Kumitat Festi Esterni.
Il-Ġimgħa 19, saret il-Lejla Maltija quddiem il-Każin.
Is-Sibt 20, is-Sezzjoni żgħażagħ Stillieri bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Amministrattiv organizzaw Music Festival quddiem il-Każin.
It-Tlieta 23, L-Erbgħa 24, il-Ġimgħa 26, is-Sibt 27, u l-Ħadd 28, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri fejn barra l-marċi li għamlet il-Ġimgħa l-aħħar jum ta' Tridu tellgħet programm mużikali quddiem il-Każin.
It-Tlieta 23, Il-President u s-Segretarju tal-Għaqda poġġeww kuruni ta' fjuri quddiem l-istatwi ta' San Ġorġ fi Triq il-Vitorja u dik ta' San Sebastjan li tinsab fl-istess triq.
It-Tlieta 23, is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendew għall-quddiesa taż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri. |