Palazz Cappadocia  

Faċċata tal-każin armata għall-Festa

Il-Bandieta l-Prima
   
Statwa ta' San Ġorġ Martri li tinstab fil-bitħa tal-każin
   
It-taraġ prinċipali tal-każin

Is-saqaf tat-taraġ prinċipali tal-każin

Is-Saqaf tas-Sala Carmelo Spiteri

Pittura tal-Granmastru Pinto
Pittura ta' San Ġorġ Martri fuq iż-żiemel
   
Bust ta' Carmelo Spiteri
 

Leġiju tal-kawba li jintuża mis-Surmast biex jidderieġi l-banda

Sett qniepen li jindaqqu mal-Banda
 

Is-Sala Carmelo Spiteri armata għall-Festa
Saqaf Sala San Ġorġ Martri
Arkivju Mużikali
   
Bankun għall-Bandalora
Sala San Ġorġ armata għall-Festa
   

Li wieħed iqis dan il-Każin bħala Palazz ma jkunx żbaljat, daqstant ieħor ma konniex aħna meta sejjaħnielu Palazz Cappadocia. Int li rajt dawn ir-ritratti u forsi wkoll kellek ix-xorti li fil-Festa żort il-Każin fhimt li ma konniex żbaljati. X' sodisfazzjon inħossu f'qalbna meta mhux biss tara l-progress tal-Każin imma wkoll meta tara kif din l-Għaqda m'hija marbuta ma ħadd hlief ma' San Ġorġ Martri Ġahwra tagħha. Il-Banda Anici, ġiet imwieldha f'jum il-Qaddis, Cappadocia ingħata l-isem ta' palazz. B'dan kollu wieħed jifhem jew aħjar ma hemx x' jifhem aktar li r-rabta ta' dan il-Każin hija ma' San Ġorġ Martri. Xejn ħlief dan ma kellhom f' moħħhom il-Fundaturi ta' din l-Għaqda li kienu nies li lesti jgħamlu min kollox għall-imħabba lejn il-Qaddis Martri ta' Lydda. Il-Każin hu msawwar b' għadd ta' opri mill-isbah u fiż-żmien li ġej se jkomli jisbieħ. Inħajrek tidħol u taqra l-istorja li sawret lil din l-Għaqda u għamlitha waħda mill-Għaqdiet stabbiliti.


*********************************************************************
 

 

IS-SINJURA CLAUDIA MUSCAT B.A. (Legal & Humanitarian Studies) , Dip. Not. Pub.

President 2012-

Is-Sinjura Claudia Muscat twieldet f'Diċembru 1981 hi bint in-Nutar Dott. Antoine Agius u Cecilia mwielda Sciberras. Fi ċkunitha attendiet l-iskola Primarja tas-Sorijiet ta' Dorotei tal-Virtu', ir- Rabat, Malta, u l-iskola Sekondarja tal-istess sorijiet li kienet ‘l Mdina. Attendiet Giovanni Curmi Upper Secondary School in Naxxar. Kompliet l-istudji tagħha fl-Universita' ta' Malta fejn kisbet il-Baċċellerat fl-arti (B.A.) fil-liġi u studji umanistiċi (f'dan il-każ fil-liġi u fit-Teologija) u wara wkoll kisbet id-Diploma tan-Nutar Publiku. Fil-preżent qegħdha tattendi kors post graduate. Taħdem fl-uffiċċju legali f'wieħed mill-banek ewlenin f'pajjiżna, hi miżżewġa lil Engelbert Muscat u għandhom tifel li jismu Ġiorgio.

 
****************************************************************

 

Agius. (Antoine) J. (Joseph)

(t. 19-3-1951).

L-ewwel President u wieħed mill-Fundaturi

1987-2010

Nutar Pubbliku u Kittieb. Studja fl-Universita ta' Malta: Diploma ta' Nutar (1978) u d-Dottorat (LL.D. 1979) u fl-Istati Uniti tal-Amerika, California Ph.D. fid-Dritt Internazzjonali, (C.P.U, 1984). Bejn l-1985 u l-1987 serva bħala ‘part-time' fil-fakulta tal- ‘managment' f' California University for Advanced Studies (Stati Uniti) li tagħha ġie maħtur professur fl-1985. Fl-1995 serva bħala ‘chairman' tal-Kumitat appuntat mis-St. Petersburg University for Humanitarian & Social Sciences ta' San Pietruburgu, r-Russja, għar-relazzjonmijiet bejn l-istess universita w akkademiċi Ewropej. Ippublika diversi artikoli, kemm barra kif ukoll f' Malta, hu awtur ta' diversi kotba fuq l-istorja. Bejn l-1976 u l-1977 kien is-segretarju tal-Għaqda tan-Nar San Ġorġ, Ħal Qormi, u bejn l-1979 - 85 kien membru tal-Kumitat Ġimgħa l-Kbira, San Ġorġ, Ħal Qormi. Fl-istess parroċċa kellu sehem, m' oħrajn meta sar il-bankun ta' San Ġorġ (1985). Fl-1988 flimkien ma' tlett individwi o ħ ra (John Mary Spiteri (id-Direttur Ġenerali), u l-mikbija Carmelo Spiteri, u Salvu Debono waqqaf il-Każin tal-Banda Anici, li tiegħu dam President 22 sena (1988-2010). Għadu attiv fil-kumitat tal-istess għaqda u Ri1erkatur u kittieb ta' diversi kotba, fl-2000 f'isem l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ħareġ il-ktieb San Ġorġ Megalomartri . Illum hu ukoll President Emeritu tal-istess Għaqda Soċjo- Mużikali Anici.

 

 
****************************************************************
 

 

KENNETH J. FRENDO MSc Finance (Leicester), MBA (Brunel), CMgr, FCMI, FFA.

President 2010 - 2012

Kenneth-John Frendo, iben John u Myriam, twieled fit-tlettax t'Ottubru ta' l-1970. Hu gradwa bħala “Financial Accountant” mill- Institute of Financial Accountants fl-Ingilterra fl-1992. Minn hemmhekk hu kompla l-istudji maniġerjali tiegħu ma' Henley Management College fejn fl-1998 akkwista “Postgraduate Diploma in Management Studies” mill-istess kulleġġ. Hu kompla jistudja l-‘management' f'livell ta' Masters u fis-sena 2000 gradwa “Master of Business Administration” minn Brunel University ġewwa Londra.

Fid-dawl ta' l-interess li għandu fil-qasam finanzjarju, Kenneth kompla jispeċjalizza f'dan il-qasam billi segwa kors ta' studju ma' l- Universita' ta' Leicester ġewwa l-Ingilterra minn fejn gradwa “Master of Science in Finance” fl-2004. Sadanittant, fl-2003, wara li laħaq il-kriterji professjonali u akkademiċi neċessarji, Kenneth akkwista' id-Diploma ta' “Chartered Manager” mil- Chartered Management Institute fl-Ingilterra .

Fil-preżent, Kenneth jokkupa l-pożizzjoni ta' “Chief Financial Officer” ma' organiżazzjoni ewlenija f'Malta.

Tajjeb insemmu wkoll illi Kenneth studja għal xi żmien il-mużika għand is-surmast Philip Gatt u s-surmast John-David Zammit. Hu kien ukoll l-ewwel Assistent Surmast tal-Banda Anici fl-1988 iżda kellu jħalli din il-kariga minħabba mpenji professjonali u akkademiċi. Madanakollu, l-interess Mużikali fih qatt ma naqas, fil-fatt hu kkompona diversi Marċi brijjuzi u Funebri.

Minkejja l-fatt li Kenneth kellu jħalli l-kariga t'assistent surmast tal-għaqda Soċjo- Mużikali Anici. huwa xorta waħda baqa' jsegwi mill-qrib l-evolviment tal-Għaqda, fil-fatt hu daħal membru uffiċjalment fl-2007, u issa għadu kif inħatar President tas-soċjeta'.

Kenneth huwa miżżeweġ lil Josette u għandu żewġt tfal, Jerome u Jethro.