Sports
Nawguraw lit-team tal-Pool tal-Għaqda li ġie promos għall-Premier Division fil-league fil-Malta Pool Assusiation. Prosit lit-team u lid-Delegat Sports Saviour Mifsud.
 
It-team tal-Pool tal-Għaqda
 
Il-Kompetizzjoni tal-Pool 2014/2015 ir-rebbieħa mar-Rispettabli Sindku Rosianne Cutajar li kienet l-isponser uffiċċjali. Il-Preżentazzjoni saret il-Ħadd 1 ta' Marzu 2015
 
Finali tal-8 Ball Pool Knockout 2013
 
Kompetizzjoni tal-Pool 2013 Sponsorjata mill-Onor Dr Peter Micallef.
 
* * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * *
 
Preżentazzjoni lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Pool knock out organiżżata fil-każin sponsorjata mill-Onor Clyde Puli Marzu 2012
 
* * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * *
 
Preżentazzjoni lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Pool organiżżata fil-każin sponsorjata mill-Onor Marlene Pullicino il-Ħadd 30 ta' Jannar 2011
 
* * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * *
 

L-Anici Band Pool Team Champians tac-Challenge Cup 2011 Alfred Stellini u Damian Agius Il-Ġimgħa 18 ta' Frar 2011

 
* * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * * *
 

Waqt it-training mill-Players tal-Premier ta' l-Għaqda

 

Waqt it-training mill-Players tat-Third Divisionta' l-Għaqda

 

Beda l-istaġun tal-8 Ball Pool 2011 / 2012 organiżżat mill-Malta Pool Association. F'dan l-istaġun iffermajna tim wieħed kompost minn 14-il player, u dan it-tim ser jiddebutta fil-'Premier Division league'.

Barra minn hekk il-M.P.A. torganiżża knock out competition, Xmas Cup, u diversi Ranking Tournaments li minnhom jintgħażlu l-players li jikkwalifikaw biex jilgħabu fit-Timijiet Nazzjonali fil-kompetizzjonijiet tal-Ewropa u tad-dinja. In-konck out competition saret u din intrebħet mit-tim tat-Top Gun "A". It-tim tagħna sfortunatament ġie eliminat mit-tim tas-St. George's football club ta' Bormla, tim li għandu elementi kapaċi biex jaspira li jirbaħ il-league Nazzjonali. Issa f'Diċembru ssir il-Xmas Cup, u f'Jannar jibda l-League Nazzjonali.

Bħall-issa qed tiġi organiżżata knock out competition għall-membri tal-Għaqds tagħna u l-ħbieb tagħhom. Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-Onor. Clyde Puli, u wara li ssir il-finali ikun hu li jippreżenta t-trofej lir-rebbieħa.

Għalissa nieqaf hawn u aktar tard naġġornakom b'aktar informazzjoni.

Grazzi

Chev. Saviour Mifsud

(Delegat Sports

 


 

 

Inħeġġu lill-Partitarji tagħna

jattendu biex jissapportjaw waqt il-logħob tal-Pool

lit-timijiet tagħna

kemm tal-Premier kif ukoll tat-Tielet Diviżjoni

li qegħdin jilgħabu fil-Kampjonati tal-Malta Pool Association.

Il-logħob isir fuq bażi ta' Home u Away.

 

Napprezzaw ħafna s-support tagħkom