Storja Tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici Ta' Ħal Qormi, Malta A.D. 1988
Kienet ilha tberren ix-xewqa f'moħħ ta' bosta Qriema, eċjalment ta' dawk il-paruċċani kif huma magħrufa 'Ta ħdejn il-Vitorja', biex jinfetaħ każin tal-banda ieħor f'din l-akwata.
Bejn xi soċi u l-kumitat ċentrali tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, li sa dak iż-żmien kienet l-unika Banda fil-parroċa, żviluppaw xi argumenti fuq għażla ta' marċi brijużi. Fost dawn is-soċi kien hemm dawk li saru l-fundaturi li aktar tard waqqfu l-'Għaqda Sojo-Mużikali Anici'.
Kull tentattiv biex jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat ma seħħx,
tant li wieħed minn dawn ta' l-aħħar ġie wkoll imkeċċi mill-Għaqda Muzikali San Ġorġ Martri, u dan seħħ wara li l-avukat tiegħu talab li jidher miegħu quddiem il-Kumitat, però l-istess kumitat irrifjuta għaliex ried li jidher waħdu mingħjar assistenza legali.
Il-kwistjoni kollha kienet li wara li rċevew numru ta' marċi brijużi, saru manuvri sabiex il-marċi rregalati jiġu mwarrba u jindaqqu l-marċi
ta' Surmastrijiet u Bandisti Qriema biss, bl għajta ta' 'mill-Qriema għall-Qriema'.
Din saret wara li ġew ippreżentati l-marċi, għaliex kienet tkun ħaġa ovvja li kieku din id-deċiżjoni ttieħdet qabel, il-marċi tal-barranin ma kienux jiġu ppreżentati. Is-sistema kienet li kull marċ li jiġi rregalat l-ewwel jgħaddi għand is-Surmast Direttur biex wara jirrakomandah lill-kumitat, u hawn bdew il-manuvri.
Barra minn hekk kienu qegħdin jiġu mitluba sabiex jippubblikaw il-lista tas-soċi kif kien stipulat fl-istatut tal-Għaqda.
Din kienet xi ħaġa obbligatorja li l-Amministrazzjoni kienet qiegħda tinjora, u għalhekk kien il-kumitat stess li kien qiegħed jikser l-Istatut tal-Għaqda, xi ħaġa li ħafna mis-soċi kienu rrabjati dwarha.
Għalhekk id-determinazzjoni tal-fundaturi u ta' sħabhom li kienu qegħdin jappoġġjawhom ma waqfitx u komplew jaħdmu biex jaraw il-festa tikber aktar u tinfirex iżjed fil-parroċċa kollha. B'hekk iddeċidew li jmorru għall-unika għażla li kien għad fadlilhom, jiġifieri dik ta' banda ġdida. U moħħhom mar fuq il-bini tal-
'Qormi Rockers Football Club'. Tajjeb li nsemmi wkoll illi ma' din l-aħbar, kienu 9 Bandisti, li kienu fost l-aħjar li kellha l-Banda San Ġorġ Martri li telqu biex ingħaqdu mall-Banda l-ġdida.
Il-Fundaturi
Kien Settembru 1987, meta l-fundaturi
tal-Għaqda li kienu erbgħa, jiġifieri l-Professur Antoine Agius, Chev. John Mary Spiteri, u s-Sinjuri Carmelo Spiteri u Salvu Debono, iltaqgħu aktar minn darba mal-kumitat ta' dan il-klabb
u tajjeb insemmi li dawn il-laqgħat saru fid-dar numru 115, fi Triq Pinto fir-residenza privata tas-Sur Paul Apap li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta' president tal-Qormi Rockers F.C. Intant, kien
intlaħaq ftehim. Din l-aħbar, il-parruċċani tan-naħa ta' fuq tal-parroċċa, laqgħuha b'entużjażmu liema bħalu.
Ta' min jgħid li għalkemm il-kumitat tal-Qormi Rockers kien jeżisti, il-klabb li kien jinsab fl-akwata ta' ħdejn il-Vitorja, ma kienx jiffunzjona u b'xorti tajba dak iż-żmien kien ukoll magħluq.
L-għajta ta' "banda ġdida" nfirxet sewwa u l-parruċċani ta' ħdejn il-Vitorja ferħu aktar, għaliex fl-aħħar, xewqithom kienet se seħħ.
Hawn tajjeb li nsemmu li fl-1947, xi nies minn din l-akwata kienu għamlu bukkett fjuri quddiem l-istatwa ta' San Ġorġ Martri fil-knisja parrokjali fl-okkażjoni tal-festa, u fuqu kitbu il-kliem 'L-Għaqda l-Minsija' għax kienu jħossu li l-festa f'din il-parti ta' fuq tar-raħal kienet nieqsa.
Issa l-fundaturi flimkien mal-mexxejja tal-'Qormi Rockers F.C.' u xi voluntiera oħra ltaqgħu flimkien biex jiffurmaw kumitat proviżorju. Bl-approvazzjoni tal-istess membri tal-'Qormi Rockers F.C.', li kienu Chev George Portelli u Sinjuri Paul Apap, Vince Mifsud, u Carmelo Mallia, inħatar dan il-kumitat li beda jaħdem bla telf ta' żmien.
Isem lill-Banda
Il-fundaturi riedu jagħtu isem lil din il-Banda u bla dubju f'moħħhom kellhom ir-rabta mal-Qaddis Patrun. Kien proprju l-isem ta' ANICI li hu kunjom San Ġorġ Martri. Dan għamluh biex jixhed ir-rabta sħiħa tal-Għaqda mal-Qaddis Patrun li tant ħabbew.
Din l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici twaqqfet b'imħabba kbira lejn San Ġorġ Martri u lejn belt twelidha u lejn it-tixrid tal-kultura mużikali u l-festa. Dawn kienu l-iskopijiet ewlenin.
Sadanittant, wieħed mill-fundaturi, jiġifieri Chev. John M. Spiteri, beda jaħdem fuq id-disinn tal-arma tal-banda, lestieh u ġie approvat. B'hekk issa l-Għaqda kellha wkoll l-arma uffiċjali tagħha.
Il-fundaturi ħasbu wkoll biex jaħtru l-ewwel Surmast Direttur u l-għażla waqgħet fuq is-Surmast Frank Galea F.L.C.M. li dam imexxi l-banda sal-ewwel deċennju tagħha fl-1998, iżda ħasbu wkoll biex jgħamlu standard għall-Banda. Fil-fatt sar wieħed bl-istrixxi bojod u suwed b'Salib imdawwar b'randa u Stilla bir-raġġi fuq is-Salib. Din hija proprju l-arma tal-kunjom Anici u dan inħadem f'Ħad Dingli mis-Sinjura Mary Grech. Dan kien l-ewwel standard tal-banda li għadu jiġi armat fis-sala Carmelo Spiteri. Barra dan, kien sar ieħor kif se nuru aktar ‘il quddiem. Bħala strumenti, il-banda kien ġdiġà
kellha s-sett tal-perkussjoni jiġifieri katuba, platti u tamburlin.
Il-Kumitat proviżorju kien qiegħed jirsisti biex l-isem tal-klabb jinbidel minn 'Qormi Rockers F.C.', għal 'Anici Band & Social Club', u dan wasal ukoll. Il-Każin kien jinsab fi Trejqa Pinto Nru 2; illum l-isem tat-triq sar Triq Dun Gwakkin Schembri, saċerdot mill-parroċċa, studjuż bibliku u teologu, li tant kien maħbub min-nies, u li ħalla din id-dinja l-Erbgħa l-1 ta' Novembru 2006.
Il-Kumitat beda jirsisti biex il-Banda ssemma' leħinha u xxerred isimha, u dan ma damx ma ta l-frott tiegħu. F' Diċembru 1987 ġiet mistiedna mill-Kumitat Festi Nazzjonali, biex il-Banda Anici tieħu sehem fil-festa ta' Jum ir-Repubblika ta' Malta. Stedina li ntlaqgħet bil-ferħ. Mhux biss, imma billi f'din l-istess okkażjoni ġiet mistiedna wkoll il-Banda La Vallette, biex flimkien mal-Banda Anici tagħmel marċ minn ħdejn il-Palazz tal-President sa Bieb il-Belt, din l-istedina, id-diriġenti tal-Għaqda laqgħuha b'entużjażmu kbir. Dan juri li l-Banda tagħna kienet se tibda bil-kbir, billi kienet se tieħu sehem ma' banda hekk prestiġjuża u fil-Jum Nazzjonali. Unur kbir. Dan sar bil-ħidma ħabrieka taż-żewġ delegati tal-Banda, jiġifieri s-Sinjuri Joseph Spiteri u Victor Ciangura flimkien mal-Kav. John Mary Spiteri. Peress lis-Surmast Direttur kien rikoverat fl-isptar, il-Banda ġiet f'data lis-Surmast Saviour Fenech li wkoll idderieġa il-Kunċert ta' prova għal dan is-servizz.
Tkomplew jinxtraw aktar strumenti, u oħrajn ġew irregalati, u għalhekk fl-ewwel ftit xhur mit-twelid tagħha, din il-banda kellha xejn inqas minn tnejn u tletin strument mużikali. Beda wkoll it-tagħlim tal-mużika, u għalhekk dawn l-instrumenti kienu kollha qed jintużaw mill-allievi li kienu qegħdin jitgħallmu.
Il-Banda fil-Karnival
Sadanittant reġgħet daħlet stedina oħra mill-Kumitat Festi Nazzjonali biex il-Banda Anici tieħu sehem fil-festa tal-Karnival ta' Malta li f'din is-sena kien reġa' beda jsir fi' Frar. Il-Banda aċċettat din l-istedina, u bil-ħidma tal-Kav. John Mary Spiteri li hu d-Direttur Ġenerali u bl-għajnuna ta' Alfred Mangion, Membru Onorarju tal-Għaqda, sar il-kostum u l-karru bit-tema: 'L-ewwel Pinta Għolja' li mmarċja wara l-Banda. Minn hawn, malajr wieħed jinduna x' ħeġġa kbira kellha din l-Għaqda, ħeġġa li għadha qawwija.
F' dan il-Karnival li sar bejn il-Ġimgħa 12 u t-Tlieta 16 ta' Frar 1988, il-Banda kienet daqqet erba' darbiet u kisbet it-Tielet Premju fit-tliet kategoriji li huma: il-Banda, il-Karru u Allegrija, li din tal-aħħar saret miż-żgħażagħ tal-istess Għaqda.
Il-Ftuħ Uffiċjali tal-Każin
Fl-aħħar, il-jum mistenni wasal!
Kien is-Sibt 23 ta' April 1988, Jum il-Festa liturġika ta' San Ġorġ Martri meta l-qlub ferħana tal-Qriema Ġorġjani ħarġu mat-toroq ta' Ħal Qormi. Dawn iltaqgħu fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali, sabiex hemm kienu xhieda u raw 'il-Banda Anici, issa magħrufa bħala 'Tal-Istilla', iddoqq għall-ewwel darba f'Ħal Qormi.
Il-marċ beda għall-ħabta tas-7.30 ta' filgħaxija wara l-funzjoni tal-knisja, u wara rħielha lejn il-każin bil-poplu Ġorġjan imdawwar mal-Banda.
Quddiem il-Każin kien hemm folla kbira ta' nies sabiex jassistu għall-ftuħ uffiċjali tal-każin il-ġdid. Il-ferħ tal-poplu Qormi kompla jikber hekk kif wasal l-Aġent President tar-Repubblika ta' Malta, l-Eċċellenza Tiegħu, Pawlu Xuereb. Mal-wasla tiegħu, il-banda daqqet l-Innu Malti u sar diskors tal-okkażjoni mill-President tal-Għaqda, il-Professur Antoine Agius; u warajh l-Aġent President tar-Repubblika għamel il-kelmtejn tiegħu.
Issa kien wasal il-ħin biex l-Aġent President jinawgura uffiċjalment il-każin u jikxef l-irħama kommemorattiva. Dan sar b'applaws kbir mil-folla preżenti. Is-Sinjura Xuereb, mart l-Aġent President, ukoll onoratna bil-preżenza tagħha.
It-tberik kien sar mill-Arċipriet tal-parroċċa ta' San Ġorġ Martri, il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D. u ndaqq l-Innu tal-Banda.
Għal din iċ-ċerimonja kien preżenti wkoll il-Kappillan tal-parroċċa ta' San Sebastjan, Dun Vinċenz Deguara, il-Viċi tal-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri, Dun Lawrenz Zammit u xi saċerdoti tal-parroċċa.
Għal din l-okkażjoni wkoll kienu mistiedna l-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u d-deputati tas-sitt distrett miż-żewġ naħat tal-Kamra. Kienu mistiedna wkoll iż-żewġ baned l-oħra ta' Ħal Qormi, dik ta' 'San Ġorġ Martri', u l-'Banda Pinto', li laqgħat l-istedina u kienet irrappreżentata mill-President, Sebastian Debono u mis-Segretarju, Vincent Peresso. Dawn ukoll offrew rigal ta' tifkira f'isem il-Banda Pinto.
Flimkien mal-Poplu Qormi kienu mistiedna wkoll l-Għaqdiet kollha tal-Belt Pinto u soċjetajiet mużikali oħra f'Malta. Kien jum tassew memorabbli, u l-poplu Qormi ta' rieda tajba naqqax din id-data f'qalbu b'ittri tad-Deheb.
Kienet saret ukoll ġimgħa ta' attivitajiet fil-Każin. Dawn kienu kompetizzjoni tal-biljard u tad-darts. Il-finalisti rebbieħa kienu ngħataw il-premju mill-Prof. Antoine Agius li f'din l-istess lejla ta' premjazzjoni, irregala ‘l-'Qormi Football Club' sett flokkijiet u oġġetti oħra, b'konnessjoni mal-futbol. Dawn imbagħad offrew rigal reċiproku lill-Għaqda.
Fil-każin ukoll kien sar diskow għaż-żgħażagħ, u laqgħa għas-Soċi mid-Direttur Spiritwali tal-Għaqda, l-Arċipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D. Saret ukoll logħba futbol fil-grawnd ta' Ħal-Qormi, bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani tal-Ex Qormi Rockers F.C.
Festa San Ġorġ Martri 1988
Il-Banda għamlet l-ewwel dehra tagħha fil-festa ta' San Ġorġ Martri meta daqqet fl-aħħar Jum ta' Tridu nhar il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju, 1988, u nhar il-festa, il-Ħadd filgħodu, 26 ta' Ġunju 1988, fejn għamlet marċi brijużi mat-toroq tal-parroċċa. Minkejja li kienet ilha biss ftit xhur imwaqqfa, xorta waħda ppubblikat għall-okkażjoni ktieb b'sitta u tletin paġna li baqa joħroġ u jikber. Id-diriġenti kienu għamlu dan biex juru lis-soċi u ‘l-ammiraturi x'kienu ħejjew għall festa. Il-Bord Editorjali għal dan kien kompost mill-Professur Antoine Agius, il-President ta' l-Għaqda, mill-Kav. John Mary Spiteri, id-Direttur Ġenerali u minn Dr Carmel Bianchi, President Onorarju li kien inħatar bħala editur.
L-Innu tal-Banda
Meta l-fundaturi ħasbu biex iwaqqfu l-Banda, ħasbu wkoll biex ikollha innu uffiċjali. Għalhekk ġie nkarigat is-Surmast Direttur Frank Galea F.L.C.M. biex jikkomponi l-mużika, u Qormi Dr Carmel Bianchi, President Onorarju, biex jikteb il-versi, illi tlestew nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru 1987. Kemm il-versi u kif ukoll il-mużika kienu approvati.
Dan l-innu tal-Banda, kif
diġà
qrajtu, indaqq għall-ewwel darba s-Sibt 23 ta' April 1988 nhar il-festa liturġika ta' San Ġorġ Martri u fil-ftuħ uffiċjali tal-Każin. Dr Carmel Bianchi kien stampa dan l-innu fuq diploma, poġġieh fi kwadru, u mbagħad ippreżentah lill-President tas-Soċjetà,
il-Prof. Antoine Agius waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-każin.
L-Ewwel Kumitat
Kien il-Ħadd 22 ta' Mejju 1988 meta saret l-ewwel seduta ġenerali, li fiha kien approvat l-istatut tal-Għaqda, u kienu wkoll approvati l-karigi fl-amministrazzjoni. Dawn huma: il-Prof. Antoine Agius LL.D., Ph. D. (C.P.U. California) Kt. A.S.G.M. (President), Vincent Mifsud (Viċi President), Carmelo Spiteri (Segretarju), Pawl Apap (Viċi Segretarju), Kav. George Portelli K.T.L. (Kaxxier), Charles Micallef (Viċi Kaxxier), Kav. John Mary Spiteri K.T.L. (Direttur Ġenerali), Charles Zammit (Viċi Direttur), Salvu Debono u Carmelo Mallia (Membri), Joe Spiteri u Victor Ciangura (Delegati tal-Banda), il-Wisq Rev. Arċipriet Kan. Dun Karm Aquilina Lic. D. (Direttur Spiritwali), Mro Frank Galea, F.L.C.M. (Surmast Direttur), Kenneth Frendo (Assistent Surmast) u Kav. Paul Saliba P.L. (Konsulent Legali).
L-Ewwel Bandisti
 Mal-ftuħ tal-Każin, ingħaqdu minnufih l-ewwel seba' bandisti li flimkien ma' Carmelo Spiteri li kien l-ewwel bandist, iffurmaw l-ewwel bandisti tal-banda. Dawn kienu Joe u George Spiteri, Charles Calleja, Alfred Mallia, George Agius, Victor Ciangura u Raymond Debono. Aktar tard komplew jingħaqdu magħhom is-Sinjuri Angelo Caruana u Emanuel Beżżina.
Sadanittant, l-għalliema tal-allievi, bil-ħila u l-kapaċità tagħhom, fl-1989 irnexxielhom joħorġu l-ewwel ħdax-il bandist, prodotti tal-Għaqda. Wieħed minnhom hu Godwin Pace, li kien ġa mħarreġ sewwa tant li kien ukoll siefer u daqq mal-Banda fil-Libja kif se taqraw aktar ‘il-quddiem.
L-Ewwel Fażi tal-Bini Ta' Każin Ġdid
Sadanittant, il-kumitat kien diġà qed iħoss il-ħtieġa li jibdel il-każin minn wieħed qadim mhux addattat għal skop mużikali għal wieħed ġdid u bl-aktar kumdità possibli. Is-soċi qabelu ma' din l-idea, għax kulħadd kien u qed iħossu li l-Għaqda aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se tikber. Għalhekk kien jeħtieġ li jkun hemm bini xieraq.
L-ewwel ġebel qadim beda jinħatt minn dawn it-tliet persuni: Alfred Borg, Frans Saliba, membri fl-Għaqda, John Borg membru onorarju, flimkien mal-Kav. John Mary Spiteri, id-Direttur Ġenerali. Dawn bdew iħottu u jibnu skond il-pjanta li kien diġà ħejja l-kumitat. Għal din il-pjanta ta l-għajnuna tiegħu, il-Qormi Joseph Attard, Draughtsman, li ħadimha skont ix-xewqa tal-Kumitat. Iż-żgħażagħ li kienu jiffrekwentaw il-każin, kif raw il-bidu ta' dan ix-xogħol irħewlha jagħtu daqqa t'id fil-ħatt u l-ġarr tal-materjal ħażin.
L-iskop tal-kumitat kien, li biex il-każin jibqa' jiffunzjona minħabba l-bini, l-ewwel jibni l-parti ta' ġewwa tas-sular t'isfel u mbagħad, wara li jkun hemm meżżi finanzjarji biżżejjed, jinbena fuq barra flimkien mat-tieni sular. B'hekk, is-soċi setgħu jibqgħu jiffrekwentaw il-każin regolarment.
Il-bini tal-ewwel fażi tlesta, u wara, il-kumitat beda jħejji ruħu ħalli jiġbor il-fondi, biex meta jkun il-waqt, titkompla t-tieni fażi. Il-kuntrattur li ntgħażel biex jibni l-każin kien Spiru Seguna, li kemm hu, kif ukoll il-ħaddiema tiegħu, kienu kollha Qriema u membri fl-Għaqda.
IL-Banda fil-Festi fi Bliet u Rħula
Wara biss ftit xhur mit-twaqqif tal-Għaqda, il-Banda kellha żewġ stediniet oħra biex iddoqq fil-festi barra r-raħal. Dawn kienu nhar l-Erbgħa 10 ta' Awwissu 1988 fl-okkażjoni tal-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu u nhar il-Ħamis 25 ta' Awwissu 1988 fl-okkażjoni tal-festa ta' Marija Reġina, fil-Marsa. Dawn kienu l-ewwel stediniet tal-Banda f'festi ċċelebrati fi bliet u rħula barra Ħal Qormi. Dawn baqgħu jiżdidu kull sena, u fi ftit tas-snin, il-Banda Anici kienet tkun magħżula għall ħafna festi oħra. Dan jurina kemm il-Banda kienet stabbilita malajr.
IL-Banda Ddoqq Barra x-Xtut Maltin
I l-kumitat ħaseb li se jieħu ftit tal-mistrieħ, imma mhux hekk kien, għax l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici kellha stedina mis-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli John Dalli bil-kolloborazzjoni tal-Ambaxxata Libjana biex tmur iddoqq il-Libja. Proprju din l-istedina kienet saret lit-tliet Baned Qriema. Kienu l-Banda Anici u l-Banda Pinto li laqgħu din l-istedina li tant kienet se tagħmlilhom unur.
Din l-istedina kienet sabiex jieħdu sehem fil-festi tal-Jum Nazzjonali Libjan. Il-ġurnata waslet, u ż-żewġ baned telqu flimkien għall-ħabta tal-11.30 ta' filgħodu tal-Erbgħa 31 ta' Awwissu 1988, u waslu l-Libja għall-ħabta ta' nofsinhar. Nhar l-1 ta' Settembru 1988 li hu l-Jum Nazzjonali tal-Libja, il-baned daqqew il-marċi tagħhom mat-toroq ta' Tripli.
Din il-mawra kienet fuq ħamest'ijiem, u l-baned mhux biss daqqew mat-toroq ta' Tripli, iżda wkoll f'Misurata. Il-qofol tas-servizz tal-ewwel ta' Settembru ntlaħaq fil-Pjazza l-Ħadra, fejn saħansitra kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. F'din il-pjazza hemm xbieha ta' San Ġorġ Martri fuq iż-żiemel, skolpita ma' wieħed mis-swar li jdawwar din il-pjazza.
B'din il-mawra, il-Banda Anici kienet l-ewwel banda fil-parroċċa ta' San Ġorġ Martri li daqqet barra x-xtut tal-Gżejjer Maltin.
Ta' min iżid li dawn l-attivitajiet kollha saru f'anqas minn sena mill-ftuħ uffiċjali tagħha.
Il-Marċ: 'DEMM ĠORĠJAN'
Bla dubju ta' xejn, wieħed mill-isbaħ marċi li hemm fl-arkivji tal-Għaqda hu l-Marċ 'Demm Ġorġjan'. Dan huwa xogħol il-kompożitur Għawdxi Mro Sunny Galea. Dan kien irregalat lill-Għaqda mal-ftuħ tagħha mill-Kav. John Mary Spiteri, wieħed mill-fundaturi u d-Direttur Ġenerali tal-Għaqda, wara li s-Sibt 30 ta' Awwissu 1986, il-kompożitur kien irregalah lilu.
Fl-1989 Dr Carmel Bianchi kien inkarigat mill-kumitat biex jikteb il-versi għal dan il-marċ li ndaqq għall-ewwel darba s-Sibt 23 ta' April 1988.
Dan il-marċ flimkien mal-Valzi tal-Għid il-Kbir, mal-Innu tal-Banda u l-kantata l-‘Apotesi ta' San Ġorġ Martri' jew kif qed tissejjaħ ‘L-Innu il-Kbir', huma mniżżlin fi skrizzjoni notarili u fl-istatut tal-Għaqda bħala kompożizzjonijiet uffiċjali tagħha.
Il-Banda għall-Ewwel Darba fil-Ġimgħa l-Kbira
Ħaġa li l-Poplu Qormi għandu għal qalbu hija l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Id-dirigenti tal-‘Anici' ħasbu biex jiftiehmu mal-awtoritajiet tal-Knisja biex jinħareġ digriet, li permezz tiegħu, il-Banda Anici bħala banda tal-Parroċċa jkollha d-dritt hija wkoll li tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Fil-fatt dan seħħ nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-24 ta' Marzu 1989 meta l-banda daqqet għall-ewwel darba quddiem il-vara artistika ta' Ġesù fl-Ort, proprju wara l-vara tal-Aħħar Ċena. Il-Banda kellha dehra mill-aqwa li għaxxqet lil kull min kien preżenti, u hekk baqgħet tagħmel kull sena. Hawn il-banda daqqet diversi Marċi Funebri mir-repertorju li kellha.
Wieħed jista' jinduna illi hawn il-Banda Anici kienet proprju fl-ewwel sena tagħha billi l-ftuħ uffiċjali tagħha sar ftit tal-ġranet wara li għaddiet il-Ġimgħa l-Kbira tal-1988.
Assistant Surmast u Għalliem tal-Allievi
Fil-bidu nett kien inħatar bħala Assistent Surmast Kenneth Frendo, li minħabba ċirkustanzi li ma kellux kontroll fuqhom, kellu jħalli l-kariga wara biss ftit xhur. Din ġiet okkupata mis-Surmast Andrew Calleja, li wkoll ħa l-inkarigu bħala għalliem tal-allievi tal-istrumenti tar-ram. Dan kien fl-1989.
Għall-bidu kien hemm George Agius biex jgħallem lill-allievi fejn jidħlu l-istrumenti tal-qasba. Iżda dan kellu jħalli l-kariga. Minfloku ġie maħtur is-Surmast Vincent Bonnici. Dan kien ukoll fl-1989.
Sadanittant, il-kumitat baqa' jagħti importanza lill-banda. F'Ġunju tal-istess sena, jiġifieri tal-1989, il-banda fil-festa titulari daqqet erba' darbiet. Dawn kienu fid-dati ta' bejn l-20 u l-25 ta' Ġunju 1989.
Kungress Nazzjonali
Jum memorabbli ieħor fl-istorja ta l-Għaqda kien meta l-Banda Anici rrappreżentat lil Ħal Qormi fis-56 Kungress Nazzjonali tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t' Alla, li kien sar Ħal Qormi nhar it-13 ta' Mejju 1989. F'dan il-jum, il-Knisja Mqaddsa kienet qed tiffesteġġja Jum il-Pentekoste. Il-Banda daqqet Innijiet Sagri matul it-triq kollha, mill-Parroċċa ta' San Sebastjan sal-Pjazza ta' San Franġisk fil-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri fejn kien hemm velja ta' talb u kant. Għal din l-okkażjoni kien attenda l-Vigarju Ġenerali, Monsinjur Annetto Depasquale.
L-Ewwel Funeral Organiżżat mill-Għaqda
– Imut Carmelo Spiteri wieħed mill-erba' Fundaturi, l-ewwel Segretarju u l-ewwel Bandist
Kien nhar it-Tlieta 30 ta' April 1991 meta għall ħabta tal-5.15 ta' filgħaxija ġriet l-aħbar tal-mewt tas-Sur Carmelo Spiteri. B'hekk, l-Għaqda tilfet lill-ewwel bandist li kien ukoll l-ewwel Segretarju u wieħed mill-fundaturi. L-Għaqda għamlet luttu kbir, sakemm nhar is-Sibt 4 ta' Mejju 1991 organizzat korteo minn quddiem il-Każin sal-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi. Fil-korteo funebri, daqqet il-Banda Anici u ħadu sehem ukoll rappreżentanti mill-fergħat kollha tal-Għaqda. Iż-żewġ baned tal-Belt Pinto wkoll kienu preżenti bid-Diriġenti tagħhom. Kienu preżenti wkoll numru kbir ta' għaqdiet mużikali, minn Malta kif ukoll minn Għawdex. Ħadu sehem ukoll għaqdiet oħra tal-Parroċċa. Grupp mill-Forzi Armati ta' Malta, li tagħhom is-Sur Spiteri kien membru, imxew ukoll fil-korteo. Wara l-quddiesa, il-Banda Anici kompliet il-korteo saċ-Ċimiterju tal-Parroċċa. Mad-difna, is-suldati tal-Forzi Armati sparaw wieħed u għoxrin tir, u s-Surġent Raymond Cremona daqq il-Last Post.
Sehem il-Banda fit-Tberik tas-Sandli tad-Deheb tal-Istatwa Titulari ta' San Ġorġ Martri
Is-Sibt 22 ta' Ġunju 1991, il-Banda Anici daqqet fl-inawgurazzjoni tas-sandli tad-deheb f'riġlejn l-istatwa titulari ta' San Ġorġ Martri. Il-Banda għamlet marċ mat-toroq li spiċċa quddiem il-Knisja Parrokkjali. Dan is-sandli tad-deheb sar bl-inizjattiva tal-Kumitat Festi Esterni fl-okkażjoni tal-250 sena mill-miġja ta' l-istatwa titulari fost il-Qormin.
L-ewwel Programm Vokali u Strumentali tas-Soċjetà
L-ewwel programm vokali u strumentali li għamlet il-Banda Anici kien sar quddiem il-Każin fl-okkażjoni tal-250 sena mill-miġja tal-istatwa titulari fost il-Qriema, u kien sar nhar il-Ħadd 23 ta' Ġunju 1991. Hawn il-Banda Anici kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Frank Galea.
Qabel tat bidu għal dan il-programm, saret waqfa qasira ta' minuta silenzju biex tat ġieh u sellmet lis-Sur Carmelo Spiteri, li kien miet nhar it-30 ta' April, 1991.
L-ewwel kompożizzjoni li nstemgħet kienet 'Romanze' li ħarget mill-pinna tal-kompożitur magħruf Ġermaniż, Ludwig Van Beethoven (1770-1827). It-tieni kompożizzjoni kienet is-sinfonija 'Nabucco' tal-kompożitur ċelebri Taljan Giuseppe Verdi (1813-1901). Wara, il-Banda kompliet b'xogħol mużikali ieħor, din id-darba tal-kompożitur Ġermaniż George Frederik Handel (1685-1759), “Hallelujah” b'arranġament mużikali tas-Surmast Direttur Frank Galea.
Il-qofol ta' dal-programm kien il-Kantata 'L-apoteosi ta' San Ġorġ Martri' li ġie imżanżan dak innhar. Il-versi ta' dan l-innu ħarġu mill-qalb tal-Qormi Dr Karmenu Mallia, Membru Onorarju, fuq kompożizzjoni tas-Surmast Direttur tal-banda Frank Galea. Hawn ħadu sehem ukoll il-kor 'Ite as Joseph' tal-parroċċa ta' San Ġuzepp Ħaddiem ta' Birkirkara taħt id-direzzjoni tal-Avukat Godwin Grima. Hawn ħadu sehem ukoll it-Tenur Brian Cefai, il-Baxx Anthony Montebello u s-Sopran Joan Cassar.
Dan l-Innu ntlaqa' b'applaws kbir; kien Innu li vera jixraq lill San Ġorġ Martri kif ukoll lill-Banda tagħna. Wara dan l-Innu saret waqfa qasira, biex ammiraturi tal-Banda Anici offrew rigali lill-Għaqda.
Wara l-għotjiet tar-rigali, Dr Carmel Bianchi qara poeżija li kiteb hu stess bl-isem 'Rigal Xieraq lil San Ġorġ Martri – b'tifkira tal-istess okkażjoni.' U kien xieraq li dal-programm jintemm b'tislima lil-Banda Anici billi ndaqq l-Innu tal-Banda, mużika tas-Surmast Direttur Frank Galea fuq versi ta' Dr Carmel Bianchi li wkoll ippreżenta l-programm.
Kien programm li mhux biss paxxa lil dawk preżenti, imma wkoll kien hemm min baqa' mistagħġeb kif Għaqda li kienet għadha kif twieldet kellha l-ħila tippreżenta programm b'sengħa, dehen u kapaċità
kbira.
Il-Banda Anici f'Għawdex
Il-Banda kompliet tilqa' diversi stediniet biex iddoqq barra l-Belt Pinto u kellha xejn inqas minn seba' stediniet minn diversi parroċċi.
Fil-parroċċa ta' Ħal Qormi kellha xejn anqas minn disgħa oħra. Stedina prestiġġjuża kienet ġejja mis-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria, Għawdex.
Waħda mill-aktar festi popolari fil-gżira sabiħa tat-Tliet Għoljiet hi ta' San Ġorġ Martri ċċelebrata fil-Belt Victoria, Għawdex.
L-Għaqda tagħna ħadet sehem għall-ewwel darba, nhar il-Ġimgħa 19 ta' Lulju 1991. Il-Banda Anici għamlet marċ brijuż, alternata mill-Banda La Stella, fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ Martri.
 Minn dakinhar ‘l hawn, għal numru ta' sin wara, il-Banda Anici baqgħet tagħti s-servizz tagħha f'din il-festa popolari Għawdxija billi mis-sena 1992 bdiet tagħmel il-marċ ta' jum il-festa filgħodu fit-Tielet Ħadd ta' Lulju.
It-tieni Fazi tal-Bini tal-Każin
Kien proprju fis-seduta ġenerali straordinarja tat-8 ta' Settembru 1991 li l-kumitat ħabbar li kellha tinbeda t-tieni fażi tal-bini tal-każin. Dan kien jikkonsisti fil-bini tal-pjan terran fuq barra u t-tieni sular. Naturalment il-faċċata kellha tkun mibnija fuq il-fil. Din l-aħbar intlaqgħet b' ferħ u ċapċip kbir, u ġiet approvata. Ġie mħabbar ukoll li l-każin kien se jitkompla skond il-pjanta mingħajr tibdil. Id-disinn tal-faċċata tal-każin sar ukoll bla ħlas mill Qormi Joseph Attard. Għal dan l-iskop kien ġie propost u mbagħad deċiż unanimament li ssir ġabra permezz tal-enveloppi li jitqassmu fid-djar tal-parroċċa.
Il-bini kien deċiż li jitkompla mill-kuntrattur Spiru Seguna, u kien beda u mexa ġmielu. Il-frontispizju li kien maħdum mis-soċju Charles Mallia soċju kien tqiegħed volontarjament fl-1993 mill-membri tal-Għaqda Alfred Borg, France Saliba u mid-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri. Min-naħa l-oħra, Ninu Ciappara lesta x-xogħol kollu tal-lavur li nsibu fil-faċċata tal-każin. Però l-lavur tal-gallarija nħadem minn Charles Mallia.
Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri
Tajjeb li nsemmi wkoll li fl-1988, jiġifieri mill-bidu nett, twaqqfet is-sezzjoni ‘Żgħażagħ Stillieri', l-ewwel sezzjoni taż-żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda u f'Ħal Qormi. Il-Kav. John Mary Spiteri, wieħed mill-fundaturi u Direttur Ġenerali tal-Għaqda kien maħtur l-ewwel Ċermen ta' din is-sezzjoni.
Il-Kumitat qatt ma ħares lura u baqa' jaħseb biex iwaqqaf aktar fergħat fi ħdan is-Soċjetà biex jgħinu f'oqsma differenti, u kien ħaseb ukoll biex jaħtar sotto-kumitat għall-attivitajiet filantropiċi li sfortunatament ma tantx dam jiffunzjona.
Sezzjoni Sports
Fl-1990 twaqqfet is-Sezzjoni Sports li permezz tat-tijm għall-American Pool kienet bdiet bil-kbir. Dan it-tijm rebaħ l-kampjonat ta' Billy Apap u b'hekk kien sar ir-rebbieħ tal-1989/90.
Din is-Sezzjoni qatt ma ħarset lura, u matul is-snin ġabet diversi unuri lejn l-Għaqda fosthom, għal sentejn konsekuttivi, kienu rebbieħa nazzjonali tal-American Pool u anke Knockouts u Super Cap Organizzati mill-Malta Pool Association. Minħabba diffikultajiet illi nħolqu, ma kienx hemm triq oħra, ħlief li fl-1999 din is-sezzjoni tiġi xolta.
Tajjeb ngħidu li l-attivitajiet sportivi fil-każin baqgħu jsiru xorta, u l-Kumitat Amministrattiv iddeċieda li minn fost il-membri fi ħdan l-istess Kumitat jaħtar persuna bħala Delegat Sports tal-Għaqda. Kien inħatar f'din il-kariga l-Kav. Saviour Mifsud u b'hekk dan ħa post is-Sezzjoni Sports.
F'dan il-qasam kien reġa' beda jidher interess kbir. Fil-fatt barra l-attivitajiet sportivi fil-Każin, xorta baqa' ‘time' tal-Pool li ħafna drabi lagħab fil-Premier Division. Mhux l-ewwel darba wkoll li l-Għaqda kkompetiet b'żewġ timijiet, dak tal-Premier u ieħor fit-Tielet Diviżjoni.
Sezzjoni Soċi Nisa Attivi
Fl-1992 ġ twaqqfet is-sezzjoni ‘Soċi Nisa attivisti'. L-ewwel Ċerpersin kienet Ludgarda Pace. Dawn, minnufih, bħalma kienu għamlu ż-żgħażagħ, bdew ix-xogħol tagħhom li ma damx ma beda jħalli l-frott mixtieq.
Il-‘Banda La Stella' t'Għawdex Mistiedna
Għall-festa ta' San Ġorġ Martri tal-1992, l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici stiednet lill-banda La Stella tar-Rabat Għawdex. L-istedina saret sabiex iż-żewġ baned, Anici u La Stella jagħmlu flimkien il-marċ ta' jum il-festa filgħodu f'Ħal Qormi. L-istedina baqgħet issir sas-sena 1993. Sehem l-Għaqda f'Attivitajiet Oħra
Ta' min isemmi li l-Banda Anici mill-bidu nett ħadet ħsieb li tirrekordja cassettes, u aktar tard ukoll C.D's kemm b' marċi brijużi kif ukoll funebri.
Mill-1991, il-Banda żiedet il-preżenza tagħha fil-festa titulari. B'hekk, il-Banda issa qed tieħu sehem fil-festa ta' San Ġorġ Martri, billi ddoqq ħames darbiet.
Kumitat kompost miż-żewġ parroċċi tal-Belt Pinto, taħt is-sorveljanza tal-Arċipriet u l-Kappillan, kienu ħadu r-responsabilità li jiffurmaw il-Kumitat Jum Ħal Qormi. Hawn, kull sena kienet iddoqq banda differenti. Il-Banda Anici kienet daqqet għall-okkażjoni ta' Jum Ħal-Qormi nhar is-Sibt 25 ta' Mejju 1991.
Ta' min iżid li wara l-1994, il-Gvern ta' dak iż-żmien ma nidħlux f'politika partiġġjana, ħbieb introduċa l-Kunsilli Lokali. Għalhekk meta ġie maħtur l-ewwel Kunsill ta' beltna, ir-responsabilità għall-festa ta' Jum Ħal Qormi waqgħet direttament taħt ir-responsabiltà tagħhom.
Dawn minnufih urew ix-xewqa li jgħaqqdu t-tliet baned flimkien. Din ix-xewqa ma tantx dehret li ġiet aċċettata, minħabba l-fatt li meta l-Kunsill xtaq jorganizza marċ mit-tliet baned flimkien fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied għal sentejn sħaħ, fl-1994 u fl-1995, dan il-marċ sar biss mil-Banda Anici u l-Banda Pinto. Kien jidher ċar li l-Banda San Ġorġ Martri ma riditx tieħu sehem.
Fl-1996 il-Kunsill ma deherx li kien kuntent b'din is-sitwazzjoni. Għalhekk ħass li jibdel l-attività, u minflok il-baned idoqqu flimkien, dawn bdew idoqqu separatament. Għall-Banda San Ġorġ Martri din dehret li kienet soluzzjoni aċċettabli. Il-Banda Anici u l-Banda Pinto għall-ġid u l-ġieh ta' beltna aċċettaw din il-proposta wkoll u b'hekk kellhom rekord li dejjem ikkopperaw għall-interres tal-Belt Pinto.
Kien sar kuntratt bejn il-Kunsill Lokali u t-tliet baned li jkopri medda ta' tliet snin u meta jiskadi jerġa' jsir ieħor. Issa l-attività tal-Milied bdiet issir billi Ħadd qabel il-Milied, il-Baned idoqqu f'rotot differenti. Biss fl-aħħar jingħaqdu flimkien quddiem Każin tal-Banda fuq sistema alternata, u s-Surmast li jiddirieġi jkun ta' dik il-Banda li waqfu quddiemha u jiddirieġi tliet għanjiet tal-Milied mat-tliet Baned flimkien. L-ewwel darba li ġiet introdotta din is-sistema kien nhar il-Ħadd 29 ta' Diċembru 1996. Dakinhar kien iddirieġa lit-tliet Baned is-Surmast Direttur tal-Banda Anici, Mro Frank Galea.
Rappreżentanza tal-Kumitat Amministrattiv u sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda dejjem kienu preżenti wkoll f'diversi funerali kemm fil-Parroċċa kif wkoll barra mill-Parroċċa, funerali b'diżgrazzji ta' kmamar tan-nar jew oħrajn ta' persuni qrib l-Għaqda. Anke fejn jidħlu imwiet ta' saċerdoti mill-Parroċċa, fost l-oħrajn insemmi l-aħħar tlieta. Il-funeral tal-E.T. Isqof Awzirjarju Mons. Annetto Depasquale l-Erbgħa 30 ta ' Novembru 2011, il-funeral ta' Dun Rene A. Cilia t-Tlieta 6 ta' Novembru 2012 u tal-Kanonku Dun Mikiel Zammit il-Ħamis 22 ta' Novembru 2012. Għall-ġieh tal-Istorja, tajjeb li nsemmi wkoll li nhar il-Ħadd 26 ta' Mejju 1990, il-Banda Anici kienet daqqet fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Dan kien meta l-Papa Ġwanni Pawlu II kien qiegħed iżur Malta u għadda minn din it-triq.
Fil-purissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fit-2 t' April 2010 kienet inqatgħet il-provvista tal-elettriku, u l-purċissjoni kellha tibqa' miexja fid-dlam, però
dan, għall-Banda Anici ma kienx problema għaliex kienet preparata bħas-soltu b'dawl artifiċjali, u b'hekk setgħet tibqa' tagħti s-servizz tagħha tul it-triq tal-purċissjoni kollha u kienet l-unika banda li għamlet dan f'Ħal Qormi.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi
Fost l-okkażżjonijiet speċjali li kellha l-Banda fl-1992, kien hemm dik meta daqqet fil-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi. Dan kien il-Ħamis 13 ta' Frar. Il-Banda Anici, l-ewwel għamlet marċ mat-toroq Qriema u wara ngħaqdet quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa, fejn ingħaqdet maż-żewġ baned l-oħra tal-Belt Pinto biex flimkien daqqew l-Innu Malti.
Ftuħ iċ-Ċentru Parrokkjali.
Okkażjoni oħra għall-Banda Anici kienet nhar il-25 ta' Novembru 1992 meta daqqet fil-ftuħ taċ-Ċentru Parrokkjali ta' San Ġorġ Martri. Il-Banda bdiet marċ minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri saċ-ċentru.
Dakinhar kienu ħadu sehem iż-żewġ baned tal-parroċċa. Dawn kienu daqqew quddiem xulxin, marċi fuq sistema alternata.
Dan iċ-Ċentru nfetaħ u tbierek minn Mons. Gużeppi Mercieca, l-Arċisqof ta' Malta, u kien inbena fuq inizzjattiva tal-Arċipriet tal-parroċċa, il-Kanonku Carm Aquilina, Lic.D.
Il-Banda ddoqq għall-Ewwel Darba fil-Purċissjoni tal-Għid il-Kbir.
Id-diriġenti dejjem ħasbu li xi darba l-Banda Anici għad tieħu l-post li kien għad fadlilha tikseb fil-Purċissjoni tal-Għid il-Kbir. B'hekk tkun laħqet l-għanijiet kollha tagħha. Kien proprju nhar is-17 ta' Mejju 1993 meta l-Kurja Arċiveskovili ta' Malta ħarġet digriet iffirmat mill-Vigarju Ġenerali, Monsinjur Annetto Depasquale. Permezz ta' dan id-digriet, il-Banda Anici ngħatat id-dritt biex tibda tieħu sehem fil-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt.
Fid-digriet kien stipulat ukoll is-sehem tal-Banda Anici fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira quddiem il-vara ta' Kristu fl-Ort u s-sehem tal-Banda fil-purċissjoni ta' Corpus Christi.
L-ewwel dehra tal-banda fil-purċissjoni tal-Irxoxt filgħodu seħħet nhar l-Għid il-Kbir, il-Ħadd 3 ta' April 1994. Kien tassew jixraq li l-Banda, fl-arkivji tagħha jkollha sett valzi ferrieħa. Fuq inizjattiva tal-Kumitat li kien
diġà
qiegħed jipprepara, fl-1989 kien ġie kkommissjonat is-Surmast Direttur Frank Galea biex jikkomponi dawn il-valzi. Dan aċċetta l-istedina u l-għaxar valzi kienu lesti f'Ġunju tal-istess sena.
Dawn l-għaxar valzi kienu ġew sponsorjati u rregalati lill-Għaqda mill-Professur Antoine Agius, li hu wieħed mill-erba' fundaturi u l-ewwel president ta' din l-Għaqda.
Dawn il-valzi għandha d-dritt iddoqqhom il-Banda Anici biss. Dan sar b'kuntratt bejn l-Għaqda u l-kompożitur.
Il-Kumpanija Teatrali ‘LYDDA'
Inizjattiva oħra kienet dik ta' nhar il-Ħadd 25 ta ' April 1993. F' din il-ġurnata, waqt seduta tal-kumitat, ġiet approvata u mwaqqfa kumpanija teatrali tal-Għaqda. Din ingħatat l-isem ‘Lydda', li hu l-post fejn ħa l-martirju San Ġorġ Martri.
L-ewwel rappreżentazzjoni li din il-kumpanja teatrali għamlet, kien nhar il-Ġimgħa 28 ta' Mejju 1993. Din kienet serata għas-soċi, u saret fuq il-palk tal-Oratorju Festiv Sagra Familja, Ħal Qormi. Kellha diversi rappreżentazzjonijiet oħra, anke barra Ħal Qormi. Din is-Sezzjoni ġiet xolta fis-sena 1999 minħabba diffikultajiet kbar li ltaqgħet magħhom, kif ukoll minħabba li l-post li kellha fejn terfa' l-vestwarju kien ittiħdilha. Il-Festa ta' Corpus Christi 1993
L-għaqda Soċjo-Mużikali Anici ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa ta' Corpus Christi nhar il-Ħadd 13 ta' Ġunju 1993. Waqt din il-purċissjoni l-banda daqqet għadd ta' innijiet reliġjużi fuq iz-zuntier tal-knisja u tul il-purċissjoni, bir-rappreżentanti tal-kumitat jimxu wara s-sagrament. Il-banda baqgħet tieħu postha wkoll f'din il-Festa.
L-Arblu Ġdid Għall-Bandiera tal-Każin
F'pajjiżna, kull għaqda jkollha arblu jiddomina. Dan isir biex fil-festi u ġranet oħra mportanti tittella' bandiera tperper ferħana, tħabbar l-okkażjoni li għaliha tkun ġiet imtellgħa. L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, xejn anqas minn Għaqdiet oħra, ukoll xtrat arblu. L-arblu fuq il-bejt tal-każin jiddomina l-Belt Pinto u ġie jiswa Lm765. Tliet mitt lira minnhom kienu ġew mogħtija b'donazzjoni mis-Sinjuri Slivio u Charlie Debono. Il-kumplament ħarġithom l-Għaqda. Dan l-arblu li jidher sew minn bosta nħawi tqiegħed f'postu nhar il-Ħamis 30 ta' Settembru 1993. Inħadem minn Joseph Schembri miż-Żurrieq.
Nixtieq inżid li s-sezzjoni Soċi Nisa Attivi kienu ta' għajnuna kbira fil-ġbir għall-ispejjeż ta' bnadar kbar li tagħhom l-Għaqda għandha kollezzjoni ġmielha. L-ewwel Kummissjoni Banda Fl-1994 ġiet imwaqqfa l-ewwel Kummissjoni Banda u bħala Ċermen tagħħa kien ġie maħtur il-Kavallier John Mary Spiteri. Qabel din is-sena, il-Banda kienu jieħdu ħsibha ż-żewġ delegati tal-Banda li jissemmew fil-Bidu u l-istess Ċermen. Il-Kumitat ħass li kien wasal iż-żmien li tinħatar Kummissjoni Banda sabiex din il-materja li hi l-aktar importanti fl-Għaqda, ikollha l-istrutturi tagħħa sabiex taħdem aħjar.
 L-Aħħar Tislima lil Mons. Ġerald Frendo
Bħala banda Qormija ma naqsitx li tagħti l-aħħar tislima lill-eks Arċipriet u Monsinjur Ġerald Frendo. Kien it-Tnejn 26 ta' Diċembru 1994 meta daqqet noti kiebja b' turija ta' rispett u tislima xierqa, billi semmgħet marċi funebri fil-koteo mill-knisja saċ-ċimiterju tal-parroċċa. Mons. ĠeraldFrendo dam Arċipriet tal-parroċċa mis-sena 1955 sas-sena 1978.
L-Aħħar Tislima lill-Kanonku Dun Lawrenz Saliba
Nhar il-Ġimgħa 20 ta' Jannar 1995 tħabbret il-mewt tal-President Onorarju tal-Għaqda, il-Kanonku Dun Lawrenz Saliba. L-Għaqda, permezz tal-kumitat tagħha tatu l-aħħar tislima billi attendiet għall-korteo funebri tiegħu, il-Ħadd 22 ta' Jannar 1995.
Il-Pussess tal-Arċipriet, Il-W.R. Dun Frans Abdilla, S.Th.L.
Is-Sibt 18 ta' Frar 1995, fil-parroċċa sar il-pussess tal-Arċipriet il-ġdid. B'dan il-pussess il-Wisq Rev. Arċipriet Dun Frans Abdilla, S.Th.L. sar ir-ragħaj spiritwali tal-parroċċa ta' San Ġorġ Martri. Il-Banda Anici ħadet sehem u fl-istess ħin tat tislima xierqa lill-eks Arċipriet, il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D.
Il-Poġġaman tat-Taraġ Prinċipali tal-Każin
Nhar it-Tlieta 19 ta' Ġunju 1995 iżżanżan il-poġġaman tat-taraġ prinċipali tal-każin. Ix-xogħol fuq dan il-poġġaman tal-kawba llustrat inħadem mis-Sur George Debono li ffranka xi flus lill-Għaqda fix-xogħol tiegħu. Il-kumitat kompla jsebbaħ dan ix-xogħol billi ordna erbgħin biċċa skultura f'forma ta' stilla biex tpoġġew f'nofs l-arkaturi bejn il-kolonni. Dan ix-xogħol tal-aħħar inħadem mis-Sur Christopher Magro mill-Qrendi u l-lostru sar mingħajr ħlas mis-Sur Mario Grech.
Programm Vokali u Strumentali
Nhar it-18 ta' Ġunju 1995 fil-pjazza ta' quddiem il-każin tal-Għaqda, sar programm vokali u strumentali mill-banda. Dan sar biex jiġi mfakkar l-għaxar anniversarju mill- inawgurazzjoni tal-bradella u l-bankun għall-istatwa titulari ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi. Dan il-programm kien sar taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.
F'dan il-programm indaqqu dawn ix-xogħlijiet mużikali:
Fl-ewwel parti
-
'Innu Popolari' kompożizzjoni ta' Mro Ġużeppi Camilleri b'versi tal-poeta nazzjonali Mons. Dun Karm Psaila;
- 'I Martiri'(Preghiera) ta' Mro Carmelo Pace b'arranġament
ta' Mro Frank Galea, F.L.C.M.
Is-solista kien il-bandist tal-lokal Alex Portelli.
- 'Fantasia Rapsody' tas-Surmast Direttur Frank Galea, F.L.C.M. bl-istess solista Alex Portelli;
- ‘Radetzky' (Marċ Militari) ta' Johann Strauss Senior;
- ‘Jesus Christ Superstar' (Selection) ta' Andrew Lloyd Weber;
- ‘Air and Variations' tal-Assistent Surmast Chev. Andrew Calleja, A. Mus. V.C.M., K.T.L.
Fit-tieni parti
-
‘Aida' (Grand March) ta' Giuseppe Verdi;
-
L-'Apoteosi ta' San Ġorġ Martri', mużika tas-Surmast Direttur Frank Galea, b'versi ta' Dr Carmel Mallia membru onorarju tal-Għaqda.
-
Il-banda temmet dan il-programm b' żewġ innijiet: l-Innu tal-Banda, mużika
tas-Surmast Direttur Frank Galea fuq versi ta' Dr Carmel Bianchi, President Onorarju, u wara l-Innu Malti, mużika ta' Mro Robert Samut, fuq versi tal-Poeta Nazzjonali Mons . Dun Karm Psaila.
Il-programm ippreżentah Dr Carmel Bianchi
Il-
banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Frank Galea, F.L.C.M.. Flimkien mal-banda ħadu sehem ukoll it-Tenur Brian Cefai, il-Baxx Anthony Montebello u s-Sopran Joan Cassar. Ħa sehem ukoll il-Kor Ite Ad Josef tal-parroċa ta' San Ġużepp Ħaddiem ta' Birkirkara.
Il-Banda Terġa' ssiefer Bejn is-17 ta' April u t-3 ta' Mejju 1996, il-Banda Anici għamlet it-tieni mawra tagħha u din id-darba marret il-Kanada u fl-Istati Uniti.
Kien f'Ġunju tal-1995 meta l-membru onorarju tal-Għaqda fil-Kanada, is-Sur Louis Sammut, kien għal btala f'Malta. Miegħu ġab stedina mill-‘Festa San Ġorġ Association' ta' Toronto, biex il-banda titla' tagħti wirja ta' mużika f'Toronto, il-Kanada, kif ukoll f'Detroit, l-Amerika.
Il-kumitat amministrattiv studja l-istedina u ddiskutieha b'reqqa kbira. L-ewwel ħsieb tal-kumitat kien min se jieħu r-responsabbiltà ta' din il-mawra. Bħas-soltu, ir-responsabilità waqgħet fuq id-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri. B'ħafna kuraġġ u determinazzjoni aċċetta r-responsabbiltà kollha tal-mawra. Quddiem għajnejh kien qed jara biss is-suċċess li kienet se tikseb il-banda. Tajjeb li wieħed jgħid li l-Banda Anici kienet l-ewwel banda Qormija li kellha l-unur li daqqet fl-Istati Uniti tal-Amerika. Mhux biss, imma wkoll minn kemm baned Maltin u Għawdxin li qatt telgħu l-Kanada, il-Banda Anici żammet, almenu sal-kitba ta' din l-istorja, ir-rekord għall-akbar kontinġent li qatt tela' s'issa, li kien ilaħħaq id-disgħin persuna. Il-mawra tal-Banda Anici bdiet nhar l-Erbgħa 17 t'April 1996. Kulħadd iltaqa' fl-ajruport internazzjonali ta' Malta flimkien mal-istatwa ta' San Ġorġ Martri, xogħol artistiku tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u sponsorjata minn membru onorarju ieħor tal-Għaqda li jgħix fl-Amerika, George Scicluna. Tajjeb li ngħid li s-Sur Scicluna kien ta' għajnuna kbira f'din il-mawra. Il-kontinġent telaq minn Malta mal-kumpanija tal-ajru Lufthansa lejn Frankfurt, il-Ġermanja.
Wara waqfa ta' ġurnata fi Frankfurt, il-kontinġent qasam l-Atlantiku biex mar il-Kanada. Hemmhekk, il-banda ngħatat merħba kbira mill-Maltin. Issa l-avventura tal-banda kompliet billi esegwiet diversi kunċerti fi Klabbs Maltin kif ukoll fil-padiljun tal-Air Malta f'fiera tat-turiżmu f'Toronto kif ukoll fi Square One.
Il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Ġorġ Martri f'Toronto. Daqqet ukoll fil-knisja ta' San Pawl u fil- purċissjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ Martri li toħroġ mill-istess knisja u mxiet f'Dandas Street, kif ukoll fil-Knisja ta' Santa Tereza, Port Colborne.
Il-Banda marret ukoll Detroit fl-Istatti Uniti fejn daqqet fil-festa ta' San Ġorġ Martri. Il-Banda ġiet ippreżentata b'diversi tifkiriet, fosthom ukoll standardi tal-Kanada minn St. George's Association u ieħor tal-Amerika mill-Membru Onorarju George Scicluna, li sa ftit ġimgħat qabel kien Malta għall-festi tal-Għid. Hu kien irregala standard ieħor lill-Għaqda, kif ukoll strument mużikali rregalat mill-Membru Onorarju Louis Sammut. Wara li l-Banda temmet din il-mawra, dakinhar stess li waslet Malta, filgħaxija għamlet marċ mat-toroq biex qasmet il-ferħ ta' dan is-suċċess li għamlet b'din il-mawra.
Il-Faċċata fuq il-Fil
Nhar it-Tlieta 8 ta' Awwissu 1996 nbeda x-xogħol tal-faċċata fuq il-fil. Dan ix-xogħol sar b'għaqal u ħila kbira mill-imgħallem Ġorġ Borġ. Bix-xogħol tajjeb li wettaq mhux biss wera l-kapaċità tiegħu f'sengħetu, iżda wkoll wera l-arti sabiħa u ta' ħila kbira tal-Kuntrattur li kien bena l-każin, Spiru Seguna.
Nhar il-Ġimgħa 29 ta' Settembru 1996 tlesta x-xogħol. Il-kumitat kompla fuq il-pjan li kien ħejja. Dawk iż-żewġ lapidi antiki li kienu waħda fuq kull naħa tal-bieb prinċipali nbidlu, u minflokhom saru żewġ lapidi tal-granit Nero India mnaqqxa b'ittri tad-deheb.
Pariġġ tagħhom, aktar ‘il quddiem, saret iz-zokklatura u t-turġien tul il-faċċata kollha. Dan ix-xogħol sar mid-Ditta Agius Marble Works tal-Imqabba. Mal-bibien twaħħlu ħbabat forma ta' arpa mużikali li komplew jiġbdu l-għajn. Dawn l-arpi saru tal-bronż, xogħol tassew sabiħ li ħadem il-membru onorarju tal-Għaqda Alfred Mangion mgħejun minn Rafel Aquilina. Id-disinn ta' dawn il-ħbabat sar mid-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri. Fl-2009 saru wkoll sitt rużuni tal-irħam, tnejn fuq kull bieb li nħadmu mill marmista Ronald Pisani.
Il-faċċata żdidilha wkoll xogħol sabiħ ta' lavur li nħadem minn Ninu Ciappara. Ċentru ta' Matul il-Jum
Kien il-Ħamis 17 ta' Ottubru 1996 meta l-Banda Anici bħaż-żewġ baned l-oħra tal-Belt Pinto daqqet fl-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum f'Ħal Qormi. F'din l-okkażżjoni l-Banda għamlet marċ mat-toroq sad-Day Centre fejn hemm sar il-ftuħ uffiċjali bid-daqq tal-Innu Malti.
‘Lejn il-Golgota'
Il-Ħadd 23 ta' Marzu 1997 kien ukoll Ħadd il-Palm. Il-Banda Anici tellgħet programm mużikali bit-tema ‘Lejn il-Golgota'. Dan il-kunċert kien imtella' mill-Kummissjoni Banda tal-Għaqda. Dan sar fis-sala tal-iskola sekondarja, Professur Guzè Galea ta' Ħal Qormi. Dan sar minkejja kull impenn ieħor li għandha il-Banda marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fl-ewwel parti ta' dan il-kuncert instemgħu dawn ix-xogħlijiet mużikali:
- 1. ‘Exodus' mill-Main Theme ta' Ernest Gold b'arranġament ta' K. Girffin.
- ‘Silenzio Militare' varjazzioni ta' Giacinto Giociano b'arranġament tas-Surmast Direttur Frank Galea;
- ‘Ombra Mai Fu' minn ‘Xerxes' ta' George Frederick Handel b'arranġament tas-Surmast Raymond Cremona;
- ‘In Memoria di Alberto Debono', Marcia Funebre tas-Surmast Emmanuel Bugeja;
- ‘Panis Angelicus' ta' Caesar Frank;
- ‘In Memoria di Rev. Lorenzo Saliba' Marcia Funebre tal-Kav. Vincent Bonnici, għalliem tal-istudenti tal-mużika tal-Għaqda.
Fit-tieni parti ta' dan il-programm instemgħu dawn ix-xogħlijiet mużikali:
Id-direzzjoni tal-Banda kienet tas-Surmast Direttur Frank Galea. Dr Carmel Bianchi kien il-preżentatur ta' dan il-kunċert.
In-Niċċa fil-Bitħa tal-Każin
Il-Kumitat amministrattiv baqa' jaħdem bla heda biex ikompli jsebbaħ il-każin. Dan xtaq u hekk sar, billi fil-bitħa saret niċċa. Is-soċju Spiru Seguna, wara konsultazzjoni mal-kumitat, ħadem bla ħlas din-niċċa. Benefattur ieħor tal-Għaqda, Ġorġ Borġ għoġbu jagħmel ukoll bla ħlas il-fil ta' din in-niċċa. Warajha tqiegħed ġebel rustiku. B' hekk ingħatat dehra mill-isbaħ.
Sadanittant il-kumitat kien ordna l-istatwa ta' San Ġorġ Martri għand l-istattwarju l-Kav. Alfred Camilleri Cauchi sabiex titpoġġa f'din in-nicca. L-istatwa hija waħda oriġinali, fejn San Ġorġ Martri jidher liebes ta' suldat Ruman b'id waħda fuq sidru u jżomm Salib u fl-id l-oħra jżomm palma u tarka bl-emblema tal-Għaqda u b'riġlejh jgħaffeġ dragun.
Attivitajiet tal-Ewwel Deċennju tal-Għaqda
Dawn l-attivitajiet kienu mifruxa bejn April u Ġunju 1998, u bdew il-Ħamis 2 ta' April 1998 meta l-Arċipriet tal-parroċċa Dun Frans Abdilla bierek u fetaħ wirja mill-isbaħ ta' vari tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-banda mbagħad ħadet sehem bħas-soltu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Din kienet nhar il-Ġimgħa l-10 ta' April 1998, u f' dik ta' Kristu Rxoxt il-Ħadd 12 ta' April 1998. Il-Ħadd 19 ta' April 1998 imbagħad saret quddiesa fil-knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri bħala ringrazzjament lil Alla u lil San Ġorġ Martri tal-ħarsien li taw lill-għaqda tul dawn l-għaxar snin.
Iċ-Ċerimonja tal-Kxif u t-Tberik tal-Istatwa
Iċ-ċerimonja tal-kxif u t-tberik tal-istatwa ta' San Ġorġ Martri sar nhar il-Ħamis 23 ta' April 1998 f'għeluq l-10 anniversarju tal-Għaqda u l-jum liturġiku ta' San Ġorġ Martri. Din l-istatwa swiet lill-Għaqda Lm800 u kienet maħduma mit-trab tal-irħam. Din inħadmet minn dan il-materjal biex tkun tista' sservi għal tul ta' snin mingħajr ma tkun mhedda mill-ebda ħsara li jikkaġunaw l-elementi. L-istatwa berikha l-Wisq Rev. Arċipriet tal-Parroċċa Dun Frans Abdilla, S.Th.L. L-istatwa ħallsuha dawn: il-benefattur u soċju tal-Għaqda s-Sur Frans Cassar li offra s-somma ta' Lm300, is-sezzjoni ‘Żgħażagħ Stillieri' li ħarġu somma ta' Lm200 u s-sezzjoni ‘Soċi Nisa Attivi' li ħarġu Lm300. It-tberik ta' din l-istatwa u n-niċċa kienu wkoll parti mill-programm tal-ewwel deċennju tal-Għaqda. Kif il-marċ tradizzjonali wasal quddiem il-każin sar il-kxif tal-istatwa min-Nutar Mark Sammut. L-Arċipriet Dun Frans Abdilla berikha u l-banda daqqet l-Innu ‘Fjur tal-Martri'. Mal-kxif u t-tberik kien hemm entużjażmu kbir mis-soċi u l-ammiraturi preżenti fil-każin. Kunċert Bandistiku fl-Università
Kien is-Sibt 25 ta' April 1998 meta l-banda ppreżentat l-ewwel kunċert bandistiku bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. Dan sar fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università, tal-Qroqq. Dan il-kunċert kien taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru Dr Alfrd Sant li dakinar ma setax jattendi iżda kien ġie jirrappreżentah il-Ministru Joe Mizzi.
B' dan il-kunċert, il-banda laħqet l-ogħla livell, u b'hekk uriet li għalkemm għadha fl-ewwel għaxar sena tagħha, xorta waħda kienet kapaċi tippreżenta kunċert ta' livell għoli ħafna.
Il-kumitat Amministrattiv għoġbu jistieden lil Dr Carmel Bianchi biex jippreżenta dan il-kunċert bandistiku. Il-produzzjoni kienet f'idejn il-Kummissjoni Banda fil-waqt li d-direzzjoni kienet tas-Surmast Direttur Frank Galea u tal-Assistent Surmast Andrew Calleja. Il-Leader tal-banda kien is-Surmast Kav. Vincent Bonnici li huwa wkoll l-għalliem tal-allievi tal-Għaqda. F'dan il-kunċert indaqqet din il-muzika:
-
1. ‘Impressions of Seville' - Suite ta' Harry Simeone;
-
‘The Merry Widow' - Selezzjoni ta' Franz Lehar b'arranġament tas-Surmast Direttur Frank Galea;
-
‘I Martiti' - Selezzjoni mill-opra ta' Mro Carmelo Pace b'arranġament tas-Surmast Direttur Frank Galea;
-
‘Anici' - Poema Sinfonika tal-Assistant Surmast Andrew Calleja;
Intervall;
-
‘Cats' - Selezzjoni ta' Andrew Lloyd Weber;
-
‘Il Trovatore' - Selezzjoni ta' Giuseppe Verdi fuq arranġament ta' P. Vitale;
-
‘L-Ewwel
Deċennju' - Poema Sinfinika tas-Surmast Direttur Frank Galea.
Imbagħad sar diskors tal-okkażjoni mill-President tal-Għaqda, il-Professur Dr Antoine Agius. Wara sar id-diskors tal-Ministru Joe Mizzi li faħħar bil-kbir il-mod ta' kif il-banda interpretat il-mużika u anke għall-organizzazzjoni.
Il-banda għalqet dan il-kunċert bl-innu tagħha fuq kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Frank Galea u bl-Innu Malti, kompożizzjoni ta' Robert Samut.
B'dan il-kunċert ġiet fi tmiemha l-ewwel parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel deċennju.
It-Tieni Parti taċ-Ċelebrazzjonijiet:
Jiġi Inawgurat il-Bini Ġdid tal-Każin Il-Ġimgħa 12 ta' Ġunju 1998, fil-każin intlagħbet il-finali tal-kompetizzjoni tal-American Pool, organizzata mis-Sezzjoni Sports.
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 1998 il-banda bħas-soltu ħadet sehem fil-purċissjoni ta' Corpus Christi.
It-Tnejn 15 ta' Ġunju 1998 saret ċerimonja fis-Sala San Ġorġ Martri. Hawn, il-President tal-Għaqda, Dr.. Antoine Agius, qassam ċertifikati lil persuni onorarji, bandisti, soċi u benefatturi.
It-Tlieta 16 ta' Ġunju 1998 sar
barbikjù
quddiem il-każin.
L-Erbgha 17 ta' Ġunju 1998 sar kunċert ġenerali bi tħejjija għall-programm mużikali tal-Festa.
Il-Ħamis 18 ta' Ġunju 1998 fil-knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri saret quddiesa b'suffraġju għall-erwieħ mejtin kollha tal-Għaqda li kienet iċelebrata mill-Vigarju Ġenerali Mons. Annetto Depasquale. Ikkonċelebraw ukoll l-Arċipriet Dun Frans Abdilla u saċerdoti oħra.
Wara l-quddiesa, il-banda San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi, li kienet il-banda mistiedna mill-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, għamlet marċ li t-tmiem tiegħu kien proprju quddiem il-Każin tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici.
Il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju 1998 sar programm vokali u strumentali quddiem il-każin tal-Għaqda. Dan il-Programm kien taħt il-patroċinju tal-Wisq Rispettabbli Sindku tal-Belt Pinto, Clyde Puli.
Dan il-kunċert kellu direzzjoni tas-Surmast Direttur Frank Galea u tal-Assistent Surmast Andrew Calleja. F'dan il-programm il-banda daqqet dan ix-xogħol Mużikali:
- ‘Maltesina No.1' tas-Surmast Carmelo Pace;
- Is-selezzjoni minn ‘Cats' ta' Andrew Lloyd Weber;
- Il-Kantata ‘L-Apoteosi ta' San Ġorġ Martri' b'mużika tas-Surmast Direttur Frank Galea u versi ta' Dr Carmel Mallia. Flimkien mal-banda ħadu sehem ukoll il-kor tal-partitarji u tliet solisti.
- Indaqq ukoll l-Innu tal-banda fuq kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Frank Galea u versi ta' Dr Carmel Bianchi.
- Wara ndaqq l-Innu Malti.
Fdan il-programm saru wkoll għadd ta' preżentazzjonijiet minn benefatturi u għaqdiet oħra.
Wara l-programm, is-Sindku tal-Belt Pinto, s-Sur Clyde Puli inawgura il-bini ġdid tal-kain, u wara kixef lapida kommemorattiva, xogħol fl-irħam tal-marmista Ronald Pisani. Din saret biex tfakkar l-ewwel deċennju u l-bini tal-każin il-ġdid.
L-Arċipriet tal-Parroċċa, Dun Frans Abdilla, bierek din il-lapida. I s-Sibt 20 ta' Ġunju 1998 saret lejla Maltija quddiem il-Każin. Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 1998, għeluq tal-festi tal-ewwel deċennju, fl-għaxra neqsin kwart ta' filgħodu ttajret għall-ewwel darba mal-arblu l-bandiera l-prima. Din il-bandiera nħadmet fuq disinn tal-imgħallem Salvu Bugeja taż-Żurrieq, fil-waqt li l-ħjata saret mis-Sur Joe Gellel tal-Birgu. Il-bandiera ġiet irregalata lill-Għaqda minn sitt benefatturi li bejniethom ħarġu s-somma ta' Lm850. Dawn kienu s-Sinjuri Charles Borġ, Joe Grech, Mario Grech, Stephen Zammit u żewġ persuni oħra li ma xtaqux juru isimhom.
Min-naħa ta' Salvu Bugeja, id-disinn għamlu mingħajr ħlas. Wara li l-banda għal din l-okkażjoni daqqet għadd ta' marċi brijużi quddiem il-każin, mat-tlugħ tal-Bandiera daqqet ukoll l-Innu tal-banda.
Wara dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-banda tat is-sehem tagħha bħas-soltu fil-festa titulari li kienet bejn it-Tnejn 22 u l-Ħadd 28 ta' Ġunju 1998. Xogħol ta' Dekorazzjoni fis-Sala Carmelo Spiteri
Wara li l-bini tal-każin kien lest u ġie inawgurat, il-kumitat beda jaħseb kif se jibda jiddekorah. Ġew avviċinati Alfred Mangion, Membru Onorarju u l-iskultur Salvu Bugeja biex jagħtu l-għajnuna u l-pariri għal dan il-għan. F'Awwissu tal-1998 id-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri ħa l-inizjattiva biex jibda dan ix-xogħol ta' dekorazzjoni, u beda mis-sala Carmelo Spiteri. Dan ix-xogħol kien lest għall-festa ta' San Ġorġ Martri li kienet ġiet iċċellebrata fil-25 ta' Ġunju 2000.
Tkabbar il-Bini tal-Każin
F'Ottubru tal-1998 l-Għaqda għamlet il-kuntratt li bih xtrat maħzen kbir imiss mal-każin. Dan il-maħżen sewa lill-Għaqda eluf ta' liri, biss bla dubju ta' xejn, lill-Għaqda swielha ħafna aktar, għax b'hekk, il-każin seta' jikber. Fil-fatt dan ġie mniffed mal-każin, u illum, fih insibu biljards, sala tas-snooker u fil-parti ta' quddiem, li għandha aċċess ukoll għal barra, insibu maħżen. Biex dan il-maħżen seta' jiġi utilizzat għal ħtieġa li kellu bżonn il-każin, fih kellu jsir ħafna xogħol li sar mill-membri tal-kumitat, fosthom Mario Grech li flimkien ma ħuh Joe ħareġ ukoll l-ispejjeż għat-travi, konkos u ġebel li kien jeħtieġ f'dan it-tibdil. Xogħol ieħor sar mid-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri. Xogħol ieħor volontarju sar ukoll mis-sur Joseph Spiteri, Spiru Seguna u Indrì Briffa.
Ħatra ta' Surma st Ġdid
F'Ottubru 1998 ġie maħtur is-Surmast Andrew Calleja, V.L.C.M. bħala Surmast Direttur tal-Banda. Dan seħħ wara li kien intemm il-kuntratt mas-Surmast Frank Galea li dam immexxi l-Banda għal għaxar snin sħaħ. Meta nħatar, is-Surmast Calleja kien ukoll Surmast tal-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba. Is-Surmast Calleja ħalla diversi xogħolijiet mużikali f'din l-Għaqda, bħalma huma marċi brijużi, u funebri u mużika klassika li wħud minnhom kitibhom apposta għall din l-Għaqda.
Imut il-President Onorarju l-Kanonku Dun Ġorġ Bonello
Nhar it-Tlieta 15 ta' Ġunju 1999 ġriet l-aħbar tal-mewt tal-Kanonku Dun Ġorg Bonello, li kien Pesident Onorarju ta' din l-għaqda. Il-Kumitat Amministrattiv kien attenda għall-korteo funebri bl-istandard tal-Għaqda, kif ukoll għall-quddiesa presente cadavere fil-knisja ta' San Ġorġ Martri, Ħal Qormi. Il-funeral tiegħu kien sar il-Ħamis 17 ta' Ġunju 1999.
Festa f' Ġieh l-Isqof Awziljarju Mons. Annetto Depasquale
Kien il-Ħadd 17 ta' Jannar 1999 meta fil-parroċċa saret festa f'ġieh il- ħatra ta' Mons. Annetto Depasquale, Isqof Awziljarju fid-Djocesi ta' Malta. Il-banda ħadet sehem f'din iċ-ċelebrazzjoni u l-Isqof żar il-każin u ħareġ ġisellem lill-folla mill-gallerija tal-każin. Din kienet ċelebrazzjoni importanti li żgur tibqa' f'qalb il-Qriema u mnaqqxa b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' din l-Għaqda.
Bibien tal-Kewba għas-Swali
Kien il-mastrudaxxa Ġuzeppi Mangion li beda x-xogħol fuq sett ta' bibien tal-kewba għaż-żewġ swali ta' fuq tal-każin. Però dan l-imgħallem ma kellux ix-xorti jara dax-xogħol lest, għax miet ħesrem nhar is-Sibt 9 t'Ottubru 1999. Għalhekk il-kumitat kellu jsib mastrudaxxa ieħor biex ikun jista' jkompli.
Dan daħal għalih l-imgħallem is-Sur Ġorġ Sammut, Qormi ieħor, u proprju għall-festa ta' San Ġorġ Martri tal-2001 il-bibien kienu mqiegħda u b'hekk komplew jagħtu dehra isbaħ liż-żewġ swali. Għall-festi ċentinarji ta' San Ġorġ Martri tal-2003 kienu llustrati mis-sur Philip Psaila, Qormi wkoll.
Dawn il-bibien huma disinn tal-iskultur Salvu Buġeja u l-iskultura tagħhom inħadmet ukoll minn Ġorġ Cardona, iben Ħal Qormi, però joqgħod l-Imqabba. Kien hemm numru sabiħ ta' benefatturi li taw id-donazzjoni tagħhom biex dan ix-xoghol seta' jitwettaq.
Dekorazzjoni tas-Swali Għall-festa ta' San Ġorġ Martri tas-sena 2000 tlesta x-xogħol ta' dekorazzjoni fis-Sala Carmelo Spiteri, u dan sar mill-Kav. John Mary Spiteri, fuq direzzjoni ta' Alfred Mangion, li għamel ukoll id-disinn.
Fis-Sala Carmelo Spiteri tqiegħdu tliet sopraporti li nħadmu volontarjament mill-mastrudaxxa Emanuel Debono fuq disinn tal-marmista Ronald Pisani u kienu mżanżna fil-festa ta' San Ġorġ Martri tas-sena 2000. L-istess Kav. John Mary Spiteri nhar it-Tnejn 7 ta' Awwissu 2000 beda ix-xogħol fuq id-dekorazzjoni fis-sala San Ġorġ Martri. Aktar tard issieħbu miegħu s-sinjuri Mario Grech u Alfred Mangion. Id-disinn tad-dekorazzjoni f'dis-Sala għamlu l-marmista Ronald Pisani. Bust ta' Carmelo Spiteri
I l-Ħadd 7 ta' Mejju 2000 is-sezzjoni Żgħażagħ Stillieri fi ħdan l-Għaqda, għamlet bust tal-mibki imma qatt minsi Carmelo Spiteri, li kien wieħed mill-fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist. Dan il-bust ġie maħdum mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u l-pedestall tiegħu nħadem fl-irħam mill-marmista Ronald Pisani. Il-kxif tiegħu sar waqt attività mużiko-letterarja li saret fl-istess sala Carmelo Spiteri u li fiha ħadu sehem numru ta' bandisti tal-post illi daqqew xi siltiet mużikali. Il-kxif ta' dan il-bust sar mill-president tal-Għaqda, il-Professur Antoine Aguis u kien imbierek minn Dun Karm Grech.
Kwadri għas-Sala Carmelo Spiteri
It-Tnejn 28 t'Awwissu 2000 ġie firmat il-kuntratt mal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi li bih intlaħaq il-ftehim biex dan l-artist jaħdem żewġ kwadri kbar għas-sala Carmelo Spiteri, wieħed jirrapreżenta lil San Ġorġ Martri u l-ieħor lill-Gran Mastru Pinto, biex jitqiegħdu fis-sala Carmelo Spiteri. Dawn il-kwadri rregalahom lill-Għaqda l-Membru Onorarju Ġorġ Scicluna. Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2001 kien sar it-tberik tagħhom mir-Rev. Arcipriet tal-parroċċa Dun Frans Abdilla waqt ċerimonja apposta. Il-kxif tal-kwadri sar mid-donatur tagħhom stess.
I l-kumitat kien ta ħjiel ta' kif jixtieq dawn il-kwadri, biex ikunu oriġinali kif fil-fatt huma. Il-kwadru ta' San Ġorġ Martri qiegħed jissilet mad-dragun, simbolu tar-rebħa fuq il-ħażen b'żewġ anġli niżlin mis-sema jpoġġulu kuruna u palma, simboli tal-Martri u fl-isfond, il-Maltin jissieltu fejn San Ġorġ Martri kien deher lill-Maltin f'din it-taqbida flimkien ma' San Pawl u Sant' Agata.
Il-kwadru l-ieħor tal-Gram Mastru Pinto jidher jipreżenta lill- Kappillan Dun Ġużepp Vella d-digriet li bih Ħal Qormi kien imżejjen bit-titlu ta' ‘Belt'. Fl-isfond, imbagħad hemm il-knisja ta' San Ġorġ Martri, li dak iż-żmien kienet l-unika parroċċa, bil-kleru u l-poplu Qormi fuq naħa u s-sudditi tal-Gram Mastru fuq in-naħa l-oħra. F'kelma waħda, żewġ kwadri li komplew iżejnu din is-sala.
Prima Messa ta' Saċerdoti mill-Parroċċa
I l-Ħadd 3 ta' Settembru 2000 il-Banda Anici ħadet sehem f'korteo fl-okkażjoni tal-Prima Messa ta' Dun John Muscat. Il-marċ beda minn ħdejn id-dar tiegħu sal-knisja Arċipretali. Festa oħra tal-Prima Messa kienet l-Erbgħa 31 ta' Lulju 2002 ta' Fr Charles Cini, meta l-Banda Anici ħadet sehem ukoll b'marċ li beda mid-dar tiegħu sal-knisja Arċipretali. Is-Sibt 5 ta' Lulju 2003 kien imiss il-Prima Messa ta' Dun Louis Farrugia, u l-istess, il-Banda Anici akkompanjat b'marċ mid-dar tiegħu sal-Knisja. Is-Sibt 3 ta' Lulju 2004 l-istess banda ħadet sehem fil-Prima Messa ta' Fr David Farrugia b'marċ mid-dar tiegħu sal-knisja Arċipretali. Il-Ġimgћa 8 ta' Lulju 2011 kien imiss il-Prima Messa Ta' Fr Reno Muscat OP u sar l-istess il-Banda ħadet sehem kif gћamlet fil-Primi Messi ta' qabel. L-istess sar il-Ħadd 10 ta' Lulju 2011, din id-darba gћall-Prima Messa ta' Fr. Rene' A. Cilia. Tajjeb li nsemmu li l-Gћaqda, minbarra s-sehem tal-Banda tat ukoll tifkira lil dawn is-sacerdoti. L-istess għamlet il-Ħadd 8 ta' Lulju 2012 għall-Prima Messa ta' Dun Ġorġ Schembri.
Kunċert Vokali u Strumentali Ieħor
It-Tnejn 25 ta' Settembru 2000 il-banda ġiet mistiedna mir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul biex tagħmel kunċert vokali u strumentali. F'din l-istess okkażjoni infetħet wirja ta' standardi tal-każini tal-baned Maltin u Għawdxin. Mal-banda ħa sehem ukoll it-tenur Andrew Sapiano. Il-kunċert sar fis-sala tal-istess residenza. Din l-attività
saret fl-okażżjoni ta' Jum l-Anzjan tas-Sena. Il-banda daqqet diversi xogħlijiet mużikali li tant ingħoġbu mill-anzjani preżenti, speċjalment il-kanzunetti Naplitani. Id-direzzjoni tal-banda kienet tas-Surmast Direttur Andrew Calleja.
Standardi Irregalati
Wara li fil-bidu l-Għaqda kellha l-istandard uffiċjali tagħha, jiġifieri dak ta' tmien strixxi bojod u suwed b'salib bir-rand imdawwar mas-Salib u bl-istilla titfa' r-raġġ tagħha lejn is-Salib, u dan kollu jirrapreżenta l-arma tal-kunjom ‘Anici', l-Għaqda kellha wkoll żewġ standardi oħra: dak ta' Malta u ieħor tar-Reliġjon. Kien proprju lejlet il-festa tal-1990 meta ġie rregalat standard ieħor, dak tal-Papa, mis-soċju Frans Cassar.
Il-Kanonku Dun Ġorġ Bonello, President Onorarju, bierek it-tieni standard tal-banda, biex nhar il-Ġimgħa l- Kbira 9 ta' April 1993, mexxa l-banda fil-purċissjoni. Il-pittura ta' dan l-istandard saret mill-Kav. John Mary Spiteri, id-Direttur Ġenerali, waqt li l-ħjata saret minn Ludgarda Pace, Ċerpersin tas-sezzjoni 'Soċi Nisa Attivi'. Ix-xogħol kollu sar mingħajr ħlas. L-ispejjeż għax-xiri tal-materjal laħqu Lm100. Dawn ħariġhom Frans Saliba li dak iż-żmien kien viċi Direttur. Dan l-istandard issa sar aħmar bl-arma tal-banda fin-nofs.
Fl-1993 ukoll, George Debono kien ħadem u rregala lill-Għaqda leġiju u bradella/kaxxa tal-kewba biex fuqha jidderieġi s-Surmast. It- tberik sar waqt il-preżentazzjoni fil-każin mill-Kanonku Dun Ġorġ Bonnello.
Fl-1994 is-sezzjoni Żgħażagħ Stillieri rregalaw lill-Għaqda l-istandard tagħhom. Dan juri l-arma tas-sezzjoni fuq sfond aħmar b'disinn u pittura tal-Kav. John Mary Spiteri. Il-ħjata saret mis-Sinjura Ludgarda Pace u kollox sar volontarjament.
Fl-1996 il-Membru Onorarju George Scicluna waqt li kien għal btala f'Malta, proprju f'Sibt il-Għid irregala l-ewwel standard minn barra l-pajjiż. Dan kien jirrappreżenta l-Istat ta' Michigan fl-Istati Uniti. L-istess George Scicluna fl-istess sena waqt li l-banda kienet fuq mawra fil-Kanada u fl-Istati Uniti, waqt "dinner dance" f'Detrojt, irregala standard tal-Amerika. Waqt l-istess mawra, però did-darba f'Toronto, il-Kanada, is-St. George's Association ta' Toronto rregalat lill-għaqda l-istandard tal-Kanada.
Fl-1997, is-sur George Scicluna reġa' rregala standard ieħor, din id-darba tal-Grammastru Pinto.
Fl-1998 meta l-Għaqda kienet qed tfakkar l-ewwel deċennju tagħha, waqt program vokali u strumentali li kien sar quddiem il-każin, l-aħwa Indrì u Charles Cilia rregalaw standard bl-arma uffiċjali tal-Għaqda fuq sfond aħmar, u din id-darba ma kinitx pittura imma rakkmu, u għalhekk sar bħala l-istandard il-prim li joħroġ biss f'lejlet il-festa. Il-labarda ta' dan l-istandard turi lil San Ġorġ Martri fuq iż-żiemel indurat bid-deheb fuq pedestall ibbanjat bil-fidda. Mal-pedestal, dakinhar stess tal-programm, ġew imdendla tliet midalji mir-rispettabli Sindku Clyde Puli. Waħda mit-tliet midalji hija munita antika taż-żmien il-Gran Mastru Pinto li ġiet irregalata lill-Għaqda mill-ewwel Surmast Direttur tal-banda Frank Galea, it-tnejn l-oħra jġibu l-emblema, waħda tal-arma uffiċjali tal-Għaqda u l-oħra b'San Ġorġ Martri fuq iż-żiemel. Dawn it-tliet midalji huma tal-fidda. Dan l-istandard ġie maħdum fil-Kanada waqt li l-banda kienet qiegħda tagħmel il-mawra tagħha hemm.
Waqt l-istess programm, l-aħwa Joe u Mario Grech kienu ppreżentaw sett qniepen li kienu nġabu wkoll mill-Kanada. Hawn tajjeb insemmi li l-aħwa Grech kienu ħallsu aktar minn-nofs l-ispiża, bil-kumplament toħroġhom l-Għaqda.
Rappreżentanti mis-St. George's Association ta' Sidney rregalaw standard tal-Awstralja lejlet il-festa f'Ġunju tal-1999, meta il-banda kienet qiegħda tagħmel il-marċ tagħha u waslet quddiem il-Każin. Ieħor tal-istess pajjiż ġie rregalat minn Joseph Spiteri.
Fis-sena 2000 waqt program vokali u strumentali, proprju fl-aħħar jum tat-tridu tal-Festa, is-sinjuri Reno Muscat u Ernest Cammileri, żewġ membri fil-kumitat, kienu ppreżentaw standard tal-Art Imqaddsa. Waqt l-istess program is-sezzjoni ‘Żgħażagħ' ippreżentaw standard ta' San Ġorġ Martri, jiġifieri abjad bis-salib aħmar. L-aħħar standard li kien irregalat lill-Għaqda kien dak tal-Ewropa, mogħti mill-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports waqt il-programm mużikali li esegwiet il-banda f'jum l-aħħar Tridu tal-Festa ta' San Ġorġ Martri, il-Ġimgħa 26 ta' Ġunju 2009.
Kunċert Vokali u Strumentali
Nhar il-Ħadd 11 ta' Frar 2001, il-Banda Anici esegwiet it-tieni kunċert tagħha bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta' Malta. Għal dan il-kunċert, li kien taħt il-patroċinju tas-Sindku ta' dak iż-żmien, Clyde M. Puli, attendew numru sabieħ ta' partitarji u mistiedna oħra. Kienu mistiedna wkoll l-għaqdiet mużikali l-oħra Qriema, imma laqgħet din l-istedina s-ĊSoċjetà Filarmonika Pinto, Banda San Sebastian. F'dal-kunċert, il-banda interpretat diversi xogħlijiet ta' kompożituri barranin kif ukoll kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Andrew Calleja li ddirieġa l-banda. Fost il-Mużika li l-aktar spikkat u li kienet ukoll impenjattiva ħafna kien hemm l-Overture 1812 ta' Tchaikovsky. Mal-Banda ħadu sehem it-Tenur Joseph Aquilina u s-Sopran Joan Mangion. Il-preżentazzjoni kienet ta' Dr. Carmel Bianchi fuq produzzjoni tal-Kummissjoni Banda.
Festa ta' Corpus Christi u l-Qanpiena l-Ġdida
Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2001 il-Banda Anici bħas-soltu ħadet sehem fil-festa ta' Corpus Christi, biss din is-sena kellha sinjifikat ieħor, għax din l-okkażjoni żgur ser tibqa' miktuba b'itri tad-deheb fl-istorja tal-Għaqda. Dan minħabba l-fatt li dakinhar stess filgħodu kienet inawgurata l-qanpiena l-ġdida għall-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ. Filgħaxija l-banda kellha x-xorti tkun l-ewwel banda li daqqet quddiem il-qanpiena dakinhar stess tal-inawgurazzjoni qabel ittellgħet f'posta.
Innu Marċ liż-Żgħażagħ Stillieri
Il-Ġimgħa 7 ta' Settembru 2001, sar att notarili li bih ġie stabbilit l-Innu Marċ iddedikat lis-sezzjoni ‘Żgħażagħ Stillieri', u b'hekk sar proprjetà tal-Għaqda. Il-kompożizzjoni ta' dan l-Innu Marċ ġiet fdata f'idejn is-Surmast Archibald Mizzi fuq versi ta' Dr Carmel Bianchi, President Onorarju. Waqt il-kuntratt li sar quddim in-Nutar Joseph Abela kien hemm preżenti wkoll il-President ta' l-Għaqda, il-Profs. Antoine Agius, is-Segretarju Carmelo Attard u d-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri. Dan l-Innu Marċ ġie kkommissjonat u rregalat lill-Għaqda mis-sezzjoni ‘Żgħażagħ Stillieri' u ndaqq għall-ewwel darba fil-festa ta' San Ġorġ Martri tal-2002.
Żjara tal-President ta' Malta fil-Każin
I t-Tlieta 5 ta' Frar 2002 saret żjara uffiċjali fil-każin mill-E.T. l-President ta' Malta l-Profs. Guido De Marco. Waqt iż-żjara, il-President kien imdawwar mal-każin u kellu kliem ta' tifħir għall-mod ta' kif inhu miżmum u għad-dekorazzjonijiet u opri li fih.
Fl-okkażjoni ta' din iż-żjara, il-President ġie mogħti rigal ta' tifkira. Jakkompanja lill-President kien hemm ukoll is-Sindku Roderick Galdes. Mal-wasla tiegħu ġie milquh mill-president tal-Għaqda l-Profs. Antione Agius u minn uffiċjali oħra.
Imut ieħor mill-Fundaturi - Salvu Debono
Nhar il-Ħadd 24 ta' Marzu 2002 ġriet l-aħbar tal-mewt ta' Debono, ieħor mil-fundaturi tal-Għaqda. Il-Funeral tiegħu kien sar nhar l-Erbgħa tat-Tniebri 27 ta' Marzu 2002. Il-Banda Anici akkumpanjat il-Korteo mill-knisja parrokkjali saċ-Ċimiterju tal-Parroċċa. Għall-Korteo attendew ukoll rapreżentanti mill-fergħat tal-Għaqda u mill-għaqdiet mużikali oħra f'Ħal Qormi. Interressanti li wieħed isemmi li dik is-sena, il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ma kinitx ħarġet minħabba l-maltemp.
Akkademja
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Għaqda, il-Banda Anici bill-kollaborazzjoni tal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa San Ġorg Martri tellgħet Akkademja Mużiko-Letterarja fil-knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorg Martri fl-okkażjoni tas-17-il Ċentinarju mill-Glorja ta' San Ġorġ nhar il-Ħamis 22 ta' Mejju 2003 u bdiet fis-7.30 ta' filgħaxija. Din l-Akkademja saret taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale. Kienu mistiedna diversi persuni distinti. Il-poplu Qormi li ġie bi ħġaru, sema' s-siltiet mużikali u l-qari tant interessanti li flimkien sawru din l-Akkademja li kienet tassew waħda ta' suċċess.
Il-programm kien imqassam kif ġej:
- Innu Popolari ‘Fjur tal-Martri' ta' Mro. G. Camilleri kantat mill-kor ‘Exultate Dominum';
- ‘I Walk with God' ta' N. Brodszky b'arranġament ta' Mro G. Debono;
- ‘Panis Angelicus' ta' Caesar Frank kantat mis-Sopran Joane Mangion;
- Poeżija ta' Dr Carmelo Bianchi: ‘Is-17-il Seklu ħajjin ta' San Ġorġ Martri';
- Intermezzo ‘Agnus Dei' ta' G. Bizet b'arranġament ta' Mro F. Galea kantat mit-Tenur Joseph Aquilina;
- L-intermezz ‘Reverie on Direct Cloister' tal-eks Surmast Frank Galea;
- ‘Il-Lacerato Spirito' ta' G. Verdi b'arranġament tas-Surmast Frank Galea, u kanta l-Baxx Albert Butiġieġ;
- L-Adagio ‘Ċentinarju 2003' tas-Surmast Direttur Andrew Calleja;
- Diskors mill-President tal-Għaqda l-Profs. Antoine Agius;
- L-Innu l-kbir, l-‘Apoteosi ta' San Ġorġ Martri' tas-Surmast Frank Galea fuq versi ta Dr. Carmel Mallia, Membru Onorarju, fejn ħadu sehem it-tliet solisti: it-Tenur Joseph Aquilina, il-Baxx Albert Butiġieġ u s-Sopran Joane Mangion flimkien mal-kor tal-parroċċa ‘Exultate Dominum';
- L-Innu Marċ ‘Ġorġi Tagħna' tas-Surmast Archibald Mizzi, u ħa sehem il-kor ‘Exultate Dominum';
- Diskors mill-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale;
- L-Innu taċ-Ċentinarju tal-Profs. Joseph Vella, u kanta għal darba oħra l-kor ‘Exultate Dominum'.
Id-Direzzjoni tal-banda kienet tas-Surmast Direttur Andrew Calleja. Ippreżentaw l-Akkademja Dr. Carmel Bianchi u s-Sinjura Marisa Pace.
Ftuħ Uffiċjali tas-Sala San Ġorġ Martri
Wara tant xogħol mill-Kav. John Mary Spiteri Direttur Ġenerali u Fundatur, b' l-għajnuna tas-sinjuri Alfred Mangion Membru Onorarju u Mario Grech, is-sala San Ġorġ Martri tlestiet, u nhar is-Sibt 21 ta' Ġunju 2003 ġiet inawgurata uffiċċjalment mill-Aġent Pesident ta' Malta Dr. George Hyzler. Għal din l-okkażżjoni, il-Banda Anici għamlet Marċ minn ħdejn il-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri sal-Każin, fejn fit-8:30 ta filagħxija laqgħat lill-Aġent President ta' Malta bid-daqq ta' l-Innu Malti. Wara ġie mistieden jiftaħ is-sala uffiċċjalment, u wara d-diskorsi tal-President ta l-Għaqda, il-Profs Antoine Agius tal-Aġent President, inkixfet il-Lapida kommemorattiva. Is-sala ġiet imbierka mill-Arċipriet tal-Parroċċa Dun Frans Abdilla. Saru wkoll xi preżentazzjonijiet, u fost l-oħrajn l-Aġent President irregala lill-Għaqda l-proklama li biha kien inħatar Aġent President. Wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ kien hemm riċiviment ta' l-okażżjoni. Din kienet attività
oħra marbuta mal-festi tas-17-il ċentinarju mill-Glorja ta' San Ġorġ Martri li organiżżat din l-għaqda Mużikali.
Armi Ġodda għall-Brieret tal-Bandisti
Fil-Programm Vokali u Strumentali li tellgħet il-Banda Anici nhar il-Ġimgħa 27 ta' Ġunju 2003, l-aħħar jum tat-Tridu tal-Festa Titulari, il-President Onorarju George Scicluna residenti fl-Amerika ppreżenta sett armi ġodda biex jieħdu post dawk antiki fuq il-brieret tal-Bandisti. Dawn l-armi ġew imżanżna fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tad- 9 t' April 2004.
Il-Banda Anici b'Rekord Eċċellenti
Il-Ħadd 10 t' Awwissu 2003, Il-Banda Anici kitbet b'ittri tad-deheb paġna oħra mill-istorja tagħha, billi fl-istess ġurnata u fl-istess ħin ħadet sehem f' żewġ purċissjonijiet differenti, fil-Birgu għall festa ta' San Lawrenz, u fil-Ħamrun għall festa ta' San Gejtanu. L-Għaqda kienet kburija li kienet kapaci tagħmel dan.
Att Notarili dwar l-Innu tad-Duluri, "Omm Alla Addollorata"
Kien l-24 ta' Novembru 2003, meta quddien in-Nutar Peter Carbonaro sar il-kuntrat li bih il-Kompożitur Kav. Abel Joseph Mizzi intrabat illi l-Innu "Omm Alla Addolorata", li kiteb għall-Banda Anici jindaqq biss minn din il-Banda. Preżenti wkoll waqt il-Kuntratt kien hemm il-President tal-Għaqda Profs. Antoine Agius, is-Segretarju Carmel Polidano u d-Direttur Ġenerali Chev. John Mary Spiteri. Dan l-Innu Indaqq mil-Banda għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa l-Kbira ta' l-2004. Il-versi ta' dan l-Innu inkitbu minn Dr. Carmel Bianchi.
Mafkar lil San Ġorġ Martri
Il-Ħadd 25 t'April 2004, il-Banda Anici għamlet marċ minn quddiem il-każin sa Triq is-Sagħtar fl-inħawi ta' ‘Ta' Farsina' fejn imbagħad ingħaqdet mal-banda l-oħra tal-paroċċa biex ġie inawgurat mafkar tal-ġebel ta' San Ġorġ Martri.
Inawgurat is-Sijt Elettroniku
Is-Sibt 19 ta' Ġunju 2004 kienet inawgurat l-ewwel sijt elettroniku tal-Għaqda mill-President tal-Għaqda, il-Profs. Antoine Agius waqt riċeviment li sar għall-mistednin fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorg Martri.
Is-sijt elettroniku huwa www.anicibandclub.org
L-e-mail:info@anicibandclub.org Kunċert Vokali u Strumentali Ieħor
Kien is-Sibt 23 t'Ottubru 2004 meta l-Banda Anici tellgħet it-tielet kunċert vokali u strumentali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. Dan sar fis-sala tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u kien taħt il-patroċijnu tal-Wisq Rispettabbli Sindku Jesmond Aquilina. Dan il-kunċert intlaqa' tajjeb mill-pubbliku preżenti, u fih ħadu sehem is-Sopran Joan Mangion u t-Tenur Joseph Aquilina. Il-Mużika li ndaqqet f'dan il-kunċert kienet:
Id-direzzjoni tal-banda kienet tas-Surmast Andrew Calleja u preżentaw il-programm Dr. Carmel Bianchi u s-Sinjura Marisa Pace. Insemmi wkoll li l-mużika tas-Surmast Direttur inkitbet apposta għal dan il-kunċert u ġiet milqugħa ferm tajjeb. F'dal-kunċert saru wkoll preżentazzjonijiet: min-naħa tal-President tal-Għaqda l-Profs. Antoine Agius lis-Sindku u dan irreċiproka.
Imut membru Onorarju Ieħor
Is-Sibt 8 ta' Frar 2005 ġriet l-aħbar tal-mewt tas-Sur John Borg, Membru Onorarju tal-Għaqda. Il-Funeral tiegħu kien sar l-Erbgha 9 ta' Frar 2005. Rappreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-quddiesa prezente Cadavere li saret fil-knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri. John Borġ kien persuna li fil-bidu tal-Għaqda ħadem ħafna, speċjalment waqt il-bini tal-każin.
Pussess ta' Arċipriet Ġdid
I l-Ħadd 24 t'April 2005, il-banda ħadet sehem fil-korteo tal-pussess tal-Arcipriet il-ġdid il-W.R. Kan. Dun Anton Cassar mid-dar tiegħu li tinsab fi Pjazza San Franġisk sal-Knisja ta' San Ġorġ, fejn wara saret il-quddiesa tal-pussess. Il-banda waqt il-korteo, daqqet diversi marċi brijużi.
Kunċert f'Jum Ħal Qormi
Data oħra memorabbli fl-istorja ta' din l-Għaqda kienet l-Erbgħa 25 ta' Mejju 2005 meta l-Banda Anici flimkien maż-żewg baned l-oħra ta' Ħal Qormi daqqew flimkien quddiem it-Tribuna ta' Pinto f'kunċert imtella' bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. L-Għaqda kienet ippreżentata f'dan il-kunċert mhux biss bill-bandisti tagħha, iżda wkoll bil-membri tal-Kumitat Amministrattiv kif ukoll bl-istandard tagħha.
Inawgurata Vetrina fis-Sala San Ġorġ Martri
Is-Sibt 18 ta' Gunju 2005 kienet inawgurata vetrina maħduma mill-ġewż li tpoġġiet fis-sala San Ġorġ Martri. Din il- vetrina kienet sponsorjata mill-benefattur u Membru Onorarju tal-Għaqda Lukardu Borġ, li ħareġ aktar min-nofs l-ispiża. Il-kumplament tal-ispiża nħarġet mis-sezzjoni ‘Soċi Nisa Attivi' fi ħdan l-Għaqda. Id-disinn ta' din il-vetrina kien fdat f'idejn il-marmista Ronald Pisani u nħadmet minn Paul Spiteri u Mario Grech. Dan tal-aħħar kien membru fil-Kumitat Amministrattiv. Fl-istess okkażjoni kienu inawgurati wkoll arloġġ u żewġ kandelabri għal fuq mejda ta' sottospecchio li tpoġġew quddiem il-kwadru tal-Gran Mastru Pinto li hemm fis-sala Carmelo Spiteri. L-arloġġ u l-kandelabri huma magħmula mill-bronż, fil-waqt li l-mejda hi magħmula mill-injam indurat. Dawn kienu rregalati lill-Għaqda mis-sezzjoni ‘Żgħażagħ Stillieri'.
Dawn iż-żewġ opri kienu mbierka mill-W.R. Arċipriet tal-parroċċa l-Kan. Dun Anton Cassar, filwaqt li l-kxif tal-vetrina kien sar mill-istess Lukardu Borġ.
Qabel l-inawgurazzjoni kien hemm diskors mill-President tal-Għaqda, il-Profs. Antoine Agius. Wara, sar riċeviment għall-mistiedna u għas-soċi fl-okkażżjoni wkoll tal-festa ta' San Ġorġ li kienet iċċelebrata il-ġimgħa ta' wara.
Ħatra ta' Surmast Direttur Ġdid
Is-Sibt l-1 t'Ottubru 2005, l-Għaqda Mużikali Anici ħatret lis-Surmast Joseph Vella
A.(Mus.) L.C.M., A.(Mus.) L.S.M.,
L.(Mus.) L.C.M., F.V.C.M.
bħala s-Surmast Direttur ġdid tal-Banda. Mro Joseph Vella huwa rinomat ħafna fil-qasam mużikali. Biżżejjed insemmu d-diversi baned fejn jidderieġi, jiġifieri: Santa Elena ta' Birkirkara, La Vittoria tal-Mellieħa, u San Gabriel ta' Ħal Balzan.
L-ewwel kompożizzjoni li kiteb għall-Għaqda tagħna bħala Surmast Direttur kien marċ brijuż bl-isem ‘Is-surmast il-ġdid', marċ li kien inkluż f'sett ta' marċi brijużi li kienu rrekordjati l-Erbgħa 25 ta' Jannar 2006, meta Mro Vella ddebutta bħala Surmast Direttur tal-banda Anici.
L-ewwel direzzjoni ta' Mro Vella mal-Banda Anici kien proprju waqt Ċerimonja ta' Premjazzjoni li saret il-Ħadd 4 ta' Dicembru 2005, u l-ewwel dehra bħala Surmast Direttur mal-banda waqt marċ fit toroq ta' Ħal Qormi kien il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2005 fl-okkażjoni tal-Milied. Is-Surmast Joseph Vella għandu diversi xogħlijiet Mużikali f'din l-Għaqda, bħal bosta marċi brijużi u funebri u mużika klassika, b'uħud minnhom kitibhom apposta għall din il-banda.
Żjara fil-Każin mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi
L-Erbgħa 5 t'April 2006, il-Prim Ministru ta' Malta Dr. Lawrence Gonzi żar il-każin fejn inawgura l-wirja tal-Passjoni organizzata fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din kienet l-ewwel żjara uffiċjali tal-Prim Ministru fil-każin, fejn iffirma il-ktieb tal-viżitaturi u ħeġġeġ lill-Għaqda tkompli miexja ‘l quddiem fil-ħidma tagħha, għax il-volontarjat li kien ra f'din l-Għaqda kien kbir u jirrifletti l-għaqal li bih imxew id-diriġenti tagħha.
Tlestiet id-Dekorazzjoni tas-Saqaf tat-Taraġ Prinċipali
Wara sentejn sħaħ ta' ħidma bla waqfien, ix-xogħol ta' dekorazzjoni tas-saqaf prinċipali tal-każin tlesta. Id-disinn u xogħol sar mid-Direttur Ġenerali tal-Għaqda, il-Kav. John Mary Spiteri. Issa, ix-xogħol kollu tas-swali ta' fuq tlesta u l-każin hu dehen li jissejjaħ ‘Palazz Cappadocia'.
Il-Funeral tas-Sur Salvu Baldacchino, eks Licencee tas-St George's Fireworks Factory.
It-Tnejn 3 ta' Lulju 2006, il-Banda Anici kienet ikkummissjonata biex iddoqq fil-funeral tas-Sur Salvu Baldacchino, eks Licencee tas-St. George's Fireworks Factory, illum magħrufa bħala l-Għaqda tan-Nar 23 ta' April. F'dan il-funeral, il-Banda Anici kienet l-unika banda li ħadet sehem, u matul il-korteo funebri mill-knisja ta' San Ġorġ, akkumpanjat b'diversi marċi funebri saċ-ċimiterju tal-parroċċa.
Att Notarili Dwar il-Marċ ‘Demm Ġorġjan'
Kien il-Ġimgħa 20 ta' Ottubru 2006 meta quddiem in-Nutar Paul George Pisani sar l-Att Notarili dwar il-Marc li jindaqq mill-Banda Anici, ‘Demm Ġorġjan'. B'hekk issa, dan il-marċ se jibqa' jindaq biss mill-Banda Anici. Preżenti waqt dan il-kuntratt kien hemm ukoll il-kompożitur, is-Surmast Sunny Galea u martu, u min-naħa tal-Għaqda, il-Profs. Antoine Agius, is-Segretarju Saviour Mifsud, id-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri u Engilbert Muscat.
Sedè Ġdida għall-Kunsill Lokali Qormi
Il-Ħadd 25 ta' Frar 2007, il-banda għamlet marċ li beda fl-10:00 ta' filgħodu minn quddiem il-każin u kompla għal Triq il-Vittorja sa quddiem is-sedè
l-ġdida tal-Kunsill Lokali. Il-banda tul it-triq daqqet diversi marċi brijużi, u fi tmiem il-marċ, quddiem il-Kunsill, daqqet l-innu ta' Ħal Qormi taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella. Fl-istess okkażjoni, il-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda flimkien mas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri għamlu esebizzjoni ta' oġġetti relatati ma' l-Għaqda. Din l-okkażjoni kienet imxandra diretta fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi Maltin.
Kuntratt Bejn il-Baned tal-Parroċċa
Il-Ġimgħa 9 ta' Marzu 2007, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi ħallset is-somma ta' Lm 500 (Ħames mitt lira Maltin) lill-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici bħala penali għall-ksur tal-kuntratt li kien iffirmat bejn iż-żewġ baned fid-19 ta' Ġunju 1999. Dan il-kuntratt jorbot diversi suġġetti, fosthom liema marċi brijużi jistgħu jindaqqu mill-baned rispettivi, però mhux l-istess fejn jirrigwardja l-marċi funebri fejn hemm stipulat biss l-innijiet iddedikati lill-Madonna tad-Duluri li għandhom iż-żewġ baned. Fost oħrajn hemm dak rigward il-bandisti lokali u li trid tintbagħat lista qabel isir ir-recording tal-marċi brijużi, u għal din tal-aħħar, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi naqset milli tagħmel dan u għalhekk weħlet il-penali.
Żjara fil-Każin mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant
Il-Ħamis 29 ta' Marzu 2007, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Dr. Alfred Sant żar il-każin fejn inawgura l-Wirja tal-Passjoni 2007 imtellgħa fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din kienet l-ewwel żjara uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-każin, fejn ukoll iffirma l-ktieb tal-Viżitaturi u wara ġie mdawwar mal-każin fejn wera sodisfazzjon kbir għall-ħidma u l-progress tal-Għaqda.
Drapp Ġdid li żejjen il-Faċċata tal-Każin
L-Erbgħa 20 ta' Ġunju 2007, kien imżanżan drapp iddisinnjat għall-faċċata tal-każin biex jintrama għall-festa. Dan ix-xogħol kien fuq disinn u sfumar ta' Charlo Spiteri u ħjata tas-Sinjura Ċensa Psaila. L-ispejjeż tad-drapp li ntuża tħallsu mis-sezzjoni ‘Soċi Nisa Attivi' fi ħdan l-Għaqda. B'hekk, il-faċċata maestuża tal-każin, issa għandha il-libsa tal-festa. Id-direġenti tal-għaqda qagħdu attenti ħafna li dan ix-xogħol ma jagħttix il-ġebla sabieħa fuq il-fil tal-faċċata, u b'hekk sar kollox bil-galbu, u għalhekk il-faċċata kif ukoll id-drapp tgawdew it-tnejn.
Ż jara fil-Każin mill-Eċċ. Tiegħu Mons. George Frendo, Isqof fl-Albanija
Il-Ġimgħa 22 ta' Ġunju 2007, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. George Frendo, Isqof fl-Albanija, żar il-każin fejn ħalla tifkira billi ppreżenta karlotta u iffirma l-ktieb tal-Viżitaturi. Wara taħt il-patrocinju tiegħu, il-Banda Anici tellgħet programm vokali u strumentali fl-okkazzjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri. L-Isqof George Frendo kien sodisfatt u kellu kliem ta' tifħir lejn l-Għaqda.
Kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda Anici
Is-Sibt 27 t' Ottubru 2007, il-Banda Anici, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi tellgħet kunċert vokali u strumentali fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku tal-Furjana taħt il-patroċinju tal-W.R. Sindku Jesmond Aqulina. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella. A.(Mus.) L.C.M., A.(Mus.)L.S.M., L.(Mus.) L.C.M., F.V.C.M. Il-programm kien ippreżentat minn Dr. Carmel Bianchi fuq produzzjoni tal-Kummissjoni Banda Anici. Mal-banda ħadu sehem ukoll it-Tenuri Brian Cefai, Andrew Sapiano u George Saliba u ż-żeffiena Yorin u Loraine Gauci. Fil-kunċert indaqqet din il-Mużika:
Fl-ewwel parti:
- I Cavalieri Di Malta, Overture tal-kompożitur A. Nani;
- Overture No 1 in Bb, Overture oħra tas-Surmast Għawdxi Sunny Galea;
- L'Alba Della Vittoria, Marcia Sinfonica tas-Surmast Qormi Nikola Montebello;
- The Student Prince, Selezzjoni ta' S. Romberg;
- 20th Anniversary to Anici Band, Overture tas-Surmast Direttur Joseph Vella.
Fit-Tieni parti:
- L'Italiana in Algeri, Sinfonija tal-kompożitur Taljan G. Rossini;
- Rapsodia Napolitana ta' R. Cristiano u fiha kantaw it-Tenuri George Saliba, B. Cefai, u A. Sapiano;
- Swing In The Mood, Medley, arranġament mużikali ta' M. Sween, li ddirieġa l-Kav. Mro Vince Bonnici, u ħadu sehem ukoll iż-żeffiena Yorin u Loraine Gauci;
- Queen In Concert, Medley, b'arranġament għall-banda mis-Surmast Ray Sciberras;
- Ġorġi f'Qalbna, Innu Marċ, kompożizzjoni ta' Ray Debono;
- Innu ta' Ħal Qormi tas-Surmast Qormi Sebastian Camilleri;
- Innu Banda Anici, kompożizzjoni tas-Surmast Frank Galea.
F'dan il-kunċert kienet imżanżna l-Overture li s-Surmast Direttur kiteb apposta għall-għoxrin anniversarju tal-Għaqda. Fil-fatt semmiha ‘20th Anniversary to Anici Band' li intlaqgħet b'applaws kbir. F'dan il-kunċert kien imżanżan ukoll l-Innu Marċ ġdid bl-isem ta' ‘Ġorġi f'Qalbna', kompożizzjoni ta' Raymond Debono fuq versi ta' Dr. Carmel Bianchi. Dan l-innu Marċ ġie kkummissjonat lill-banda mill-Kummissjoni Banda. Aktar tard, dan l-Innu Marċ kien irrekordjat fuq CD l-Erbgħa 24 ta' Jannar 2008 mal-kumplament ta' marċi ġodda li mbagħad iżżanżnu fil-festa ta' San Ġorġ Martri fl-istess sena. Ma' dan l-Innu Marċ fuq din is-CD hemm il-vuċijiet tal-kantanti stabbiliti s-Sinjuri Aldo Busuttil u Claudia Faniello.
Żjara fil-Każin mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Paul Cremona, Arċisqof ta' Malta
Il-Ħamis 13 ta' Marzu 2008, l-E.T. Arċisqof Mons. Paul Cremona kien mistieden mill-Għaqda biex jinawgura l-wirja tal-Passjoni fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-Eċċelleza Tiegħu wara li ffirma l-ktieb tal-Viżitaturi, irregala bħala tifkira lill-Għaqda l-karlotta tiegħu. Kellu kliem ta' tifħir u baqa' impressjonat bl-avvanz kbir li sar fl-Għaqda f'għoxrin sena biss. L-Għaqda wkoll tagħtu tifkira. Wara, ġie mdawwar mal-Każin.
Arkivju Mużikali
Is-Sibt 14 ta' Ġunju 2008, bħala tifkira tat-tieni deċennju ġie mżanżan arkivju mużikali maħdum fil-ġewż fuq disinn tal-iskultur Salvu Bugeja. Il-persuni li ħadmu f''dan l-arkivju kienu Mario Grech u Paul Spiteri li ħadmuh volontarjament fl-injam. John Suda u Joseph Mangion għamlu l-iskultura. Joe Galdes għamel il-lostru, Lino Vella u Charles Catania għamlu l- binding tal-kotba li fihom tpoġġiet il-mużika, u Float Glass b'mod volontarju ħadmu taw il-materjal tal-ħġieġ. Inkarigat mill-ġbir għal dan l-arkivju kien id-Direttur Ġenerali l-Kav. John M. Spiteri li kien ukoll inkarigat bħala arkivista mill-mużika li tpoġġiet f'dan l-arkivju. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet fis-6.45 ta' filgħaxija b'marċ mill-Banda Anici minn ħdejn il-knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri. Bil-marċ tagħha daret mat-toroq lejn id-direzzjoni tal-każin fejn fit-8.15 ta filgħaxija wasal l-Onorevoli Segretarju Parlamentari Clyde Puli li kien il-mistiden speċjali ta' din l-okkażżjoni. Il-mistiedna telgħu fis-sala San Ġorġ Martri fejn sar id-diskors ta' l-okkażjoni mill-President tal-Għaqda l-Profs. Antoine Agius, u l-Onor. Segretarju Parlamentari Clyde Puli kixef l-arkivju mużikali, u għamel id-diskors tal-okkażjoni. Wara, sar it-tberik tal-arkivju mill-W.R.Arċipriet tal-parroċċa l-Kan. Anton Cassar. Saru wkoll xi preżentazzjonijiet, u wara din iċ-ċerimonja sar riċeviment li kompla wkoll bħala tħejjija għall-festa ta' San Ġorġ Martri li kienet iċċellebrata ħmistax wara.
Il-Banda Anici Tagħmel Rekord ieħor
Fi żmien ħames snin, il-Banda Anici reġgħet għamlet rekord ieħor importanti fl-istorja tagħha, meta għal darba oħra, l-istess kif kienet għamlet fl-2003, il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2008, daqqet fl-istess ħin u data f'żewġ purċissjonijiet differenti, fil-Birgu għall-festa ta' San Lawrenz u fil-Ħamrun għall-festa ta' San Gejtanu. Sa din id-data, l-ebda banda oħra f'Malta u Għawdex ma wettqet dan. Mhix ħaġa faċli, iżda d-determinazzjoni tad-diriġenti għamlet din il-bravura għal darba oħra possibbli.
Att Notarili mas-Surmast Onorarju Frank Galea
Nhar il-Ħamis 16 t' Ottubru 2008 quddiem in-nutar Anthony Abela sar l-att Notarili dwar il-mużika tal-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Frank Galea u li tippossiedi l-Għaqda.
F'dal-kuntratt ġew marbuta l-Valzi tal-Għid, l-Innu tal-Banda u l-Appoteosi ta' San Ġorġ Martri, kollha kompożizzjoni tas-Surmast Galea. B'hekk, din il-mużika tista' tindaqq biss mill-Banda Anici. Preżenti waqt il-kuntratt li sar fis-Sala San Ġorġ Martri fil-każin, barra n-Nutar u s-Surmast Frank Galea u l-avukati tiegħu, min-naħa tal-Amministrattiv tal-Għaqda kienu preżenti l-President, il-Profs. Antoine Agius, is-Segretarju l-Kav. Saviour Mifsud, id-Direttur Ġenerali u Ċermenn tal-Kummissjoni Banda l-Kav. John Mary Spiteri u l-Kaxxier, il-Kav. George Portelli.
L-Għaqda rreġistrat fl-Organizzazzjoni tal-Għaqdiet Volontarji
Is-Sibt 8 ta' Novembru 2008, l-Għaqda kienet irreġistrata fl-Organizzazzjoni tal-Għaqdiet Volontarji.
Din hija liġi li fiha tiġbor dawk l-għaqdiet kollha li jaħdmu b'mod volontarju f'pajjiżna. L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici kienet minn ta' quddiem nett li rreġistrat f'din l-Organizzazzjoni.
Żjara fil-Każin mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat
Żjara oħra fil-każin saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Joseph Muscat bħala parti miż-żjarat li kien qiegħed jagħmel bħala Kap. Diż-żjara saret it-Tlieta 9 ta' Diċembru 2008. Dr Muscat f'din iż-żjara, segwa wkoll lill-bandisti li dak il-ħin kienu waqt il-provi. Hu sellem lil kull min kien preżenti u kellu kliem ta' tifħir għall-mod li bih hu miżmum tajjeb il-kazin u għall-attività ħajja li l-każin hu mdawwar biha.
L-Ewwel Għaqda f'Malta u Għawdex reġistrata fil-liġi tal-Persuna Ġuridika
Il-Ġimgha 16 ta' Jannar 2009, l-Għaqda ġiet reġistrata fil-Liġi tal-Persuna Ġuridika.
L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici kienet l-ewwel Għaqda Mużikali f'Malta u Għawdex li ġiet reġistrata taħt din il-liġi.
Il-Banda fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina Okkażjoni oħra mmarkata b'ittri tad-deheb kienet nhar is-Sibt 7 ta' Frar 2009 fl-okkażjoni tas-sena Pawlina, meta s-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette għamlet stedina lis-Surmast Direttur Joseph Vella biex banda ffurmata minn ħames baned diretti minnu tagħmel programm fil-każin tagħhom bħala Mass Band. L-istedina ġiet milqugħa, u għalhekk il-Banda Anici flimkien mal-baned Santa Elena ta' Birkirkara, San Gabriel ta' Ħal Balzan, La Vittoria tal-Mellieħa u Lourdes ta' San Ġwann, tellgħu dan il-programm.
Għall-Banda Anici, kien ta' unur ukoll, li f'dan il-programm, indaqqet l-ouveture ‘20th Anniversary to Anici Band', kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella, li kitibha biex ifakkar dan l-anniversarju li ħabat fl-2008. Waqt dan il-programm saret preżentazzjoni tal-okkażjoni mil-ħames baned, kemm lis-Surmast kif ukoll lis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette. Aktar tard, l-istess Soċjetà tagħat tifkira oħra u ċertifikat ta' din l-okkażjoni.
Iħallina Membru Onorarju Ieħor
L-aħbar tal-mewt malajr kienet fuq fomm kulħadd. Kien il-Ħadd 22 ta' Marzu 2009, meta s-Sur Carmelo Mallia, Membru Onorarju tal-Għaqda mar jingħaqad mal-Mulej. Il-funeral tiegħu sar it-Tnejn 23 ta' Marzu 2009. Rappreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-quddiesa presente cadavere li saret fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri. Is-Sur Carmelo Mallia għal xi żmien kien ukoll membru fil-Kumitat Amministrattiv.
Merħba lil Iben Ħal Qormi, il-President ta' Malta
Il-Ħamis 23 t'April 2009, proprju fil-Jum Liturġiku ta' San Ġorġ Martri u Jum l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, il-banda daqqet f'Mass Band mal-banda l-oħra tal-parroċċa l-Innu Malti u Fjur tal-Martri fil-preżenza tal-E.T. l-President ta' Malta Dr George Abela. Id-direzzjoni tal-banda kienet taż-żewġ surmastrijiet li ddiriġew innu kull wieħed. Dan sar fuq suġġeriment tal-Arċipriet, il-W.R. Kan. Anton Cassar. Is-Surmast Direttur Joseph Vella ddirieġa l-innu popolari ‘Fjur tal-Martri'.
Mass Band Bejn it-Tliet Baned Qriema
It-Tnejn 25 ta' Mejju 2009, fl-okkażjoni ta' Jum Ħal Qormi, it-tliet baned Qriema daqqew flimkien bħala Mass Band fil-ħin li ngħatat merħba lill-President ta' Malta l-E.T. Dr Geroge Abela li kien preżenti. Din l-inizzjattiva ttieħdet mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.
Festa tar-Rebbiegħa f' Ħal Qormi
Għall-ewwel darba fil-parroċċa ġiet organizzata l-Festa tar-Rebbiegħa mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri. Il-Banda Anici kienet mistiedna tagħmel marċ f'din l-okkażjoni, il-Ħadd 31 ta' Mejju 2009. Il-Marċ beda minn quddiem il-każin fl-10:30a.m. u mexa għad-direzzjoni ta' Triq il-Kbira sal-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ Martri. Matul il-marċ, il-banda daqqet diversi marċi brijjużi. Għall-istess okkażjoni, is-sena ta' wara, proprju l-Ħadd 11 t' April 2010, il-banda reġgħet ġiet mistiedna però
din id-darba billi tagħmel marċ u programm mużikali f'Pjazza San Franġisk. Din kienet l-ewwel darba li l-Banda Anici għamlet programm mużikali f'din il-pjazza. Il-Marċ beda fis-6:00 p.m. minn ħdejn il-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ Martri u mexa għal Triq il-Kbira sal-Pjazza msemmijja. Għall-ħabta tas-6:30 p.m. il-Banda tat bidu għall-programm mużikali.
Sijt elettroniku b'dehra ġdida Is- Sibt 24 ta' Ottubru 2009, waqt attività
fil-każin, ġie inawgurat is-sijt elettroniku tal-Għaqda b'dehra ġdida mill-President, il-Profs. Antoine Agius. Fl -ewwel jumejn din il-website daħlu fiha 'l-fuq minn 200 ruħ u anke wħud illi ħallew il-messaġġi tagħhom fil-ktieb tal-Viżitaturi, u anke f'kuntatt. Kien hemm kliem ta' tifħir għall-mod ta' kif ġie ppreżentat dan is-sijt elettroniku. Waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, is-sijt elettroniku dehret fuq big screen u saru ringrazzjamenti lil kull min ta sehmu fil-ħidma tagħha. Dan mhux l-ewwel dan is-sijt elettroniku li kellha l-Għaqda, u kif rajna f'din l-istorja, l-ewwel waħda kienet organizzata mis-Sezzjoni Żgħazagh Stillieri fl-2004. Wara saret oħra li kompliet tiġġedded. Issa din hija it-tlielet waħda, bl-aħħar teknoloġiija moderna.
Imut Membru Onorarju Ieħor
Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2009, ġriet l-aħbar tal-mewt tas-Sur Alfred Scerri. Membru Onorarju tal-Għaqda, li hu emigrant. Miet id-dar tiegħu fi Florida fl-Istati Uniti tal-Amerika. Is-Sur Fred Scerri, kif kien magħruf, kien ukoll il-President tal-Festa San Ġorġ ta' Toronto, il-Kanada. L-Għaqda sellmet lil dan il-membru billi tajret il-bandiera mezzasta, u tqiegħed ċoff iswed mal-bieb prinċipali tal-każin u ntbagħtu wkoll il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.
It-Tieni Żjara fil-Każin tal-Onor. Dr. Joseph Muscat, Kap tal-Oppożizzjoni
L-Erbgħa 24 ta' Marzu 2010 ġiet inawgurata l-Wirja tal-Passjoni li kienet esebita fil-Każin. L-inawgurazzjoni saret mill-Onorevoli Dr. Joseph Muscat, il-Kap tal-oppożizzjoni u tbierket mill-Arċipriet, il-W.R. Kan. Anton Cassar. Din kienet it-tieni żjara li għamel il-Kap tal-oppożizzjoni fil-Każin.
Iż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f'Malta
I l-Ħadd 18 ta' April 2010, il-Banda Anici tat tislima lil-Papa Benedittu XVI billi daqqittlu l-Innu Pontifiċju meta għall-ħabta tal-5:00 p.m.għadda bil-PopeMobile minn Triq il-Vittorja, biswit il-Każin. Din kienet okkażjoni oħra mill-isbaħ, u li biha l-istorja tal-Għaqda tkompli tkun aktar interessanti. Hija xorti kbira għall-Għaqda li l-Papa kellu jgħaddi tant qrib il-Każin. Għal din l-okkażjoni wkoll barra li ddendlu l-pavaljuni ġiet armata wkoll l-istatwa ta' San Ġorġ Rebbieħ, li fl-ewwel jum ta' Tridu tittellgħa fuq il-pedestall bid-daqq tal-Innijiet mill-Banda Anici fil-Pjazza tal-Vittorja fejn ġiet armata wkoll għal din l-okkażjoni.

Ħatra ta' President ġdid tal-Għaqda
Wara 22 sena ta' Presidenza tal-Professur Antoine Agius, nhar it-Tlieta 27 ta' Lulju 2010, Is-sur Kenneth J. Frendo MSc Finance (Leicester), MBA (Brunel), CMgr, FCMI, FFA. ġie maħtur bħala t-Tieni President tal-Għaqda. Frendo
diġà
semma' fil-bidu ta' din l-istorja, għaliex kien ukoll l-ewwel Assistent Surmast li kellha l-Banda. il-Professur Antoine Agius, ġie maħtur President Emeritus.
Kunċert Vokali u Strumentali Ieħor
Is-Sibt 22 ta' Jannar 2011 sar Kunċert Vokali u Strumentali ieħor bil-Kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. Dan il-Kunċert kien taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr. George Abela President ta' Malta u sar fl-Awditorju Sir Temi Zammit fl-Universita ta' Malta. In-nies preżenti li attendew u ħonqu l-Awditorju kellhom kliem ta' tifħir għas-suċċess miksub f'dan il-kunċert. Id-Direzzjoni tal-Banda kienet tas-Surmast Direttur Joseph Vella, fejn l-istess Surmast ikkompona Overture mill-isbaħ bl-isem ta' 'The George Cross' u li żżanżnet proprju f'dan il-kunċert. Mal-Banda ħadet sehem ukoll il-Kantanta Rebbieħa tal-Malta Song 2010 Thea Garrett li kantat mall-Banda żewġ kanzunetti u kienet taħt id-direzzjoni tal-assistent surmast Chev. Vincent Bonnici. It-tliet Innijiet li ġabu fit-tmiem dan il-kunċert kienu kantati wkoll minn żewġ żgħażagħ Qormin Maria Debono u Ishmael Grech. F'dan il-Kunċert indaqqet din il-Mużika:
Fl-Ewwel Parti:
- Overture No: 2 'Melita' ta' Sunny Galea;
- Medley Giuzeppe Verdi 1813-1901 Arr. N. Studnitzky;
- Clarinet Concert 'Tezore Muzicale' ta' Nikola Montebello;
- Fantasia Carmen ta' G. Bizet,
Fit-Tieni Parti:
- Theme From the Mission Nella Fantasia ta' E. Morricone / C. Ferrau' Arr. R. Kernen;
- Song My Dream ta' J. Cassar / S. Aquilina Arr. V. Vella;
- Overture 'The George Cross' ta' Joseph Vella;
- Medley Italo Oldies Arr. S. Schwalgin;
- Themes from film Glenn-Miller Story ta' P. Meinhold & B. Egidius;
- Innu Ħal Qormi ta' Sebastian Camilleri;
- Innu tal-Banda ta' Frank Galea;
- Innu Malti ta' Robert Samut.
Il-kunċert ġie ppreżentat minn Maria Aquilina fuq produzzjoni tal-Kummissjoni Banda.
Żjara fil-Każin mill-Eċċċċ. Tiegħu. Mons. Gużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus
L -Erbgħa 13 t' April 2011, l-E.T. Mons. Gużeppi Mercieca Arċisqof Emeritus kien mistieden mill-Għaqda biex jinawgura l-wirja tal-Passjoni fil-każin stess fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-E.T. wara li ffirma l-ktieb tal-viżitaturi, irregala bħala tifkira lill-Għaqda l-karlotta tiegħu. Mons. Mercieca kellu kliem ta' tifħir għall-Wirja u wara ġie mistieden idur il-każin. Hawnhekk ukoll faħħar ix-xogħlijiet fil-każin u stqarr li l-Għaqda minkejja li ilha biss 23 sena għamlet avvanzi kbar u saħaq li għandna nkomplu naħdmu ħalli fil-waqt li l-Għaqda tibqa' miexja l-quddiem inkomplu nippromovu ż-żgħażagħ li kienu wkoll preżenti ħalli nbiegħduhom mit-tentazzjoni li toffri l-ħajja moderna. L-għaqda tat-rigal ta' tifkira għall-okkażjoni lil Mons. Mercieca. Din il-Wirja wkoll nhar it-tnejn 18 t' April żarha wkoll Dr. Lawrence Gonzi Prim Ministru ta' Malta.
Imut Membru tal-Kumitat Amministrattiv
Nhar l-Erbgħa 18 ta' Mejju 2011 il-Bandiera tal-Każin dehret tittajjar mezzasta ma' l-aħbar tal-mewt ta' Domnic Debrincat li kien ilu Membru fil-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda madwar għaxar xhur. Il-Funeral tiegħu sar fil-Knisja ta' Marija Reġina fil-Marsa fejn kien jogħqod nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju 2011 fid-8.45 ta' filgħodu. Il-Membri tal-Amministrattiv u sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda kienu preżenti biex jagħtu l-aħħar tislima lil dan il-membru, kif ukoll waqt it-dħul fil-Knisja tal-katavru indaqqlu s-Silenzio.
Żjara fil-Każin mill-E.T. Dott. George Abela President ta' Malta
Fil-mixja lejn il-Ġublew tal-fidda ta' din l-Gћaqda li sejra tiċċelebrah fis-sena 2013 sar l-ewwel pass. Dan l-anniversarju l-Gћaqda sejra tfakkru b'bandalora uffiċċjali tal-Gћaqda li ser tibqa' tikkommemora dan l-anniversarju. Biex jista' jsir dan il-Kumitat Amministrattiv l-ewwel ћaseb sabiex jipprovdi post fejn din il-bandalora u l-aċċessorji kollha tagћha jiġu merfugћin. Dan il-proġett jikkonsisti f'bankun mill-isbaћ li ġie inawgurat is-Sibt 11 ta' Ġunju 2011 mill-E.T. Dott. George Abela President ta' Malta li anke fil-ktieb tal-viżitaturi ћalla kliem imnaqqax ta' tifћir lejn l-Gћaqda. Iċ-ċerimonja bdiet gћall-ћabta tas-7:35p.m. meta l-Amministrattiv tal-Gћaqda laqgћa lill-President ta' Malta u f limkien mal-mistidnin telgћu fis-swali ewlenin tal-Każin fejn hemm ukoll ittieћdu ritratti ta' tifkira. Wara diskors mill-President tal-Gћaqda s-sur Kenneth John Frendo kien imiss li l-President ta' Malta jikxef dan il-Bankun. Dawk kollha preżenti nfexxew f'applaws mal-kxif ta' din l-opra u din kienet xhieda t' approvazzjoni u sodisfazzjon li kelhom. Wara l-President ta' Malta gћamel diskors tal-okkażżjoni. Il-President tal-Gћaqda irrikonoxxa l-preżenza tal-President ta' Malta fil-Każin u f'isem l-Gћaqda tah tifkira tal-okkażżjoni, kif gћamel ukoll mall-W.R. Arċipriet Kan. Anton Cassar li bierek din l-opra. Inagћtaw ukoll tifkiriet lis-Sinjuri Albert Attard il-mastrudaxxa ta' din l-opra, lill-Sebsatian Cauchi li kien inkarigat mill-iskultura, u l-istess sar lill-benefattur tal-gћaqda s-Sur Joseph Zammit li ta b'donazzjoni l-ћġieġa ta' dan il-bankun. Wara din iċ-ċerimonja dawk kollha preżenti kienu mistiedna gћar-riċiviment. Dan il-Bankun hu magћmul mill-injam tal-ġewż u tpoġġa fis-Sala San Ġorġ Martri. Din kienet opra oћra li żdiedet ma' ћafna oћrajn li jinsabu fil-każin.
Imut Mużiċista tal-Għaqda
Nhar il-Ħamis 18 t' Awwissu 2011 il-Bandiera tal-Każin dehret tittajjar meżżasta ma' l-aħbar tal-mewt ta' George Arapa li kien Mużiċist tal-Għaqda. Il-Funeral tiegħu sar fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi nhar is-Sibt 20 t' Awwisu 2011. Il-Membri tal-Amministrattiv u sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda kienu preżenti sabiex flimkien mall-Banda taw l-aħħar tislima lil dan il-Bandist. Il-Korteo Funebri kien immexxi mill-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici u beda mill-Knisja Arċipretali u ntemm ħdejn il-Każin tal-Għaqda. Matul il-Korteo l-Banda Anici daqqet diversi Marċi Funebri u quddiem il-Każin it-Tebut fin-nofs bejn il-banda. L-għaqda sellmitlu bi tfigħ ta' ward mill-gallarija tal-Każin kif ukoll it-tislima tal- bandiera fuq il-bejt tal-Każin. Għall-Korteo Funebri kien hemm diversi Għaqdiet miż-żewġ Parroċċi fosthom ir-rapreżentanti taż-żewġ Baned l-oħra ta' Ħal Qormi. Preżenti wkoll kien hemm is-Sindku ta' Ħal Qormi, membri Parlamentari mid-distrett, familjari, qraba, w ħbieb. Dan kien it-tieni mużiċista li miet kemm ilha mwaqqfa l-Banda sal-lum.
Imut is-Surmast Frankie Galea
L-Erbgħa 1 ta' Frar 2012, tħabbret l-aħbar li s-Surmast Frankie Galea ħalla dan il-wied ta' dmugħ. Is-Surmast Frankie Galea kien l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Anici u dam jokkopa din il-kariga sa l-ewwel Deċenju tal-Għaqda jiġifieri sal-1998. Wara kien inħatar Surmast Onorarju. Is-Surmast Frankie Galea kemm dam Surmast ħalla diversi xogħlijiet Mużikali tiegħu lill-Banda Anici fosthom l-Innu tal-Banda, il-Valzi tal-Għid il-Kbir, il-Kantata l-Apoteosi ta' San Ġorġ Marti, Għanjiet tal-Milied, Innijiet Reliġjużi, Marċi Grotteski u Mużika Klassika u għadd kbir ta' Marċi Brijużi u Funebri.
Il-Funeral tiegħu sar is-Sibt 4 ta' Frar 2012 bil-Quddiesa ‘presente cadavere' fil-Knisja Parrokkjali ta' San Filep f'Ħaż
Żebbuġ Malta fis-2.30 ta' wara nofsinhar, fejn wara sar il-korteo Funebri mill-Knisja saċ-Ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesù fl-istess Parroċċa.
Tul il-Korteo Mass Band iffurmata mill-Banda Anici u l-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa żewġ baned li tagħhom is-Surmast Frankie Galea kien Surmast Direttur, daqqu Marċi Funebri fosthom marċi tal-istess Kompożitur.
Tinkiteb Paġna oħra b'Ittri tad-Deheb fl-istorja tal-Għaqda.
Il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2012 l-Għaqda tat merħba lill-Banda tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto waqt li kienet għaddejja bil-M arċ tagħha minn quddiem il-Każin tal-Banda Anici liema marċ kien organizzat bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Qabel il-Banda inagħtat repò
fil-Kazin tal-Banda Anici il-viċi President in-Nutar Antoine Agius qiegħed ukoll kuruna tar-rand mal-istandard tal-Banda tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto. Kien ġest verament sabiħ fejn intlaqa' b'applaws min-nies preżenti. It-Tnejn 4 ta' Ġunju 2012 il-Banda Anici kienet mistiedna biex tagħmel marċ minn quddiem il-Każin tagħha sa quddiem il-Każin tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto biex dan il-marċ ikun ukoll attività
oħra marbuta mal-istess anniversarju. L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici aċċettat din l-istedina u għamlet dan il-marċ u b'hekk kienet l-unika Banda fil-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri li laqagħt din l-istesina. Dan il-ġest mill-isbaħ wera l-maturità
ta' dawn iż-żewġ soċjetajiet t ant li waqt il-marċ x'ħin il-Banda kienet għaddejja bil-marċ tagħha minn quddiem is-sede tal-Kunsill Lokali, is-Sindku w il-Kunsilliera ħarġu jsellmu l-Banda mill-gallarijatal-Kunsill. L-għada, it-Tlieta 5 ta' Ġunju 2012, waqt programm mill-Brass Band mis-Soċjetà
Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan il-President tal-Għaqda s-Sur Kenneth J. Fendo, għan-nom tal-Għaqda, ippreżenta wkoll tifkira. B'hekk f'din l-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà
Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici naqqxet isimha u isem il-Patrun tagħna San Ġorġ Martri.
IKONA RUSSA TA' SAN ĠORĠ MARTRI JISSIELET MAD-DRAGUN Biex l-istorja glorjuża ta' din l-għaqda tkompli tissawwar bejn is-Sibt u l-Ħadd 23 w 24 ta' Ġunju 2012 fil-każin seħħet ġrajja oħra importanti u li għamlet unur ieħor lil din l-għaqda. Il-Kumitat Amministrattiv għamel talba lill-E.T. Dott. George Abela President ta' Malta sabiex l-Ikona Russa ta' San Ġorġ Martri jissielet mad-Dragun li tinsab fil-kappella Russa tal-Palazz Presidenzjali ta' San Anton tiġi esebita fil-każin tal-Għaqda lejliet u nhar il-Festa ta' San Ġorġ Marti. L-E.T. President ta' Malta aċċetta din it-talba u l-Ikona ġiet esebita fil-każin billi tpoġġiet fis-sala San Ġorġ Martri. Din l-Ikona kienet ġiet irregalata lill-E.T. President ta' Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici fl-1995 minn Valentina Tereshkolva li kellha l-kariga ta' Ġeneral tal-Forzi Armati Russi. Din l-ikona ġiet magħmulha fl-istess sena fil-maħżen tal-Patrijarkat Ortodoss f' Moska. L-ikona ġiet imbierka mill-Patrijarka ta' Moska, Alexis II. L-ikona wara li ġiet ippeżentata tpoġġiet fl-hekk imsejħa kappella Russa li tinsab fil-Palazz Presidenzjali ta' San Anton. Din l-Ikona hija xogħol mill-isbaħ ta' San Ġorġ jissielet mad-Dragun fuq sfont dehbi. Kull min ra din l-Ikona aprezza x-xogħol li fiha w anke aprezza l-fatt li l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici rnexxielha ġġib fi ħdanha din l-ikona biex titgawda aktar mill-pubbliku fil-jiem tal-festa. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li fost dawk li f'jum il-festa 24 ta' Ġunju 2012 żaru l-każin u raw din l-ikona fost affarijiet oħra mill-isbaħ li jinsabu fis-swali tal-każin kien il-Prim Ministru ta' Malta l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi. L-amministrazzjoni tal-Għaqda raddet ħajr lil-E.T. Dott. George Abela President ta' Malta li aċċetta sabiex din l-opportunità
sseħħ.
Ġ urnata oħra importanti fl-istorja tal-Għaqda
L-Erbgħa 3 t' Ottubru 2012, fid-Domo ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa, ġie ffirmat ftehim storiku li bih il-Banda Anici
kellha tmur iddoqq fil-Purċisjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla, il-Ħadd 26 ta' Mejju 2013.
Dan il-ftehim ġie ffirmat fil-11.00 ta' filgħodu miċ-Ċermen tal-Kummissjoni Banda, il-Kavalier John Mary Spiteri għan-nom tal-Għaqda u minn Reverendo Don Pietro Floridia għall-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri ta' Ragusa Ibla.
Ħatra ta' President ġdid tal-Għaqda Wara sentejn ta' Presidenza tas-Sur Kenneth J. Frendo MSc Finance (Leicester), MBA (Brunel), CMgr, FCMI, FFA., it-Tlieta 23 t' Ottubru 2012 ġiet maħtura bħala t-tielet President tal-Għaqda, is-Sinjura Claudia Muscat
B.A.
(Legal & Humanitarian Studies), Dip. Not. Pub.
Din tiġi bint
l-ewwel President tal-Għaqda. Is-Sinjura Claudia Muscat kienet ilha membru fi' ħdan l-Għaqda sa mis-sena 2000 u hija membru fis-Sezzjoni Sċoċi Nisa Attivi. Is-Sinjura Claudia Muscat għandha B.A. ( Legal & Humanitarian Studies ) u kisbet id-Diploma ta' Nutar Publiku u qiegħda tagħmel it-teżi għad-Dottorat fil-Liġi. Din hija t-Tielet President mara li mexxiet din il-kariga f'Għaqda Mużikali f'Malta.
Att Notarili dwar marċ brijuż
Nhar is-Sibt 29 ta' Diċembru 2012 quddiem in-Nutar Peter Carbonaro sar kuntratt dwar il-mużika ta' marċ brijuż li jġib l-isem Giorgio. Dan il-Kuntratt Notarili sar bejn is-Segretarju Amministrattiv tal-Għaqda George Farrugia li deher għan nom tal-Għaqda u l-Kompożitur tal-marċ Mro Paul Borġ. Dan il-Kuntratt ġie firmat fil-Każin stess u kien hemm ukoll preżenti il-President Emeritus Dr Antoine Aguis u d-Direttur Ġenerali Chev John M. Spiteri. B'hekk dan il-marċ inagħqad mal-kullana ta' marċi oħra li jistgħu jindaqqu biss mill-Banda Anici. Dan il-marċ gie regalat lill-Banda Anici mis-Sur Engilbert Muscat.
Akkademja Mużiko-Letterarja
Il-Ġimgħa 26 t' April 2013, il-Banda Anici bil-kollaborazzjoni tal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa San Ġorg Martri, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi, tellgħet it-tieni Akkademja Mużiko-Letterarja fl-istorja tagħha. Din saret fil-knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorg Martri fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tal-Għaqda. Din l-Akkademja saret taħt il-patroċinju tar-Rispettabli Sindku tal-Belt Pinto Rosianne Cutajar. Kienu mistiedna diversi persuni distinti, għaddiet, u l-poplu Qormi li attenda bi ħġaru għal din l-Akkademja. Apparti l-Banda ħadu sehem ukoll is-solisti Marita Abdilla Bezzina Sopran u Joseph Aquilina Tenur flimkien mal-Kor tal-Parroċċa “Exsultate Domino” tal-Parroċċa. F'din l-Akkademja il-Banda żanżnet “Preghiera” “A Santo Giorgio Martire” fuq Kompożizzjoni tas-Surmast Joseph Vella li taħtu wkoll kienet id-direzzjoni tal-Banda. Il-versi ta' din il-Pegejera nkitbu mill-Kavallier Carmel Bianchi. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li saru marbuta mall-Anniversarju tal-Għaqda. F'din l-okkażjoni wkoll il-President Dott Claudia Muscat f'isem l-Għaqda preżentat Cekk lill-Arċipriet sabiex ġie mħallas id-demask ta' wieħed mill-pilastri maġġuri tal-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali.
Okkażjoni Storika oħra, il-Banda fi Sqallija
Il-Banda għamlet it-tielet żjara tagħha barra mill-gżejjer maltin fl-istorja tagħha meta kienet fi Sqallija, sabiex fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tagħha iddoqq fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla.
Kollox beda nhar is-Sibt 25 ta' Mejju 2013 meta fil-05.00 ta' filgħodu, il-Kontinġent kollu qasam lejn Pozzallo fi Sqallija sa biex il-Banda akkumpanjata min-numru Kbir ta' Partitarji bdiet l-avventura tagħha.
Il-ġurnata mistennija waslet nhar il-Ħadd 26 ta' Mejju 2013 meta il-Banda daqqet fil-Purċissjoni fil-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla.
Servizz suċċess fejn serqet l-ammirazzjoni ta' eluf ta' nies li attendew għall-Festa. L-eżekuzzjoni tal-Banda kienet waħda eċċellenti fejn fil-ħruġ tal-Purċisjoni daqqed l-innu tant għażiż għall-Qormien Ġorġjani ‘Fjur ta' Martri' fost emozzjoni kbira mill-Maltin li kienu preżenti kif ukoll miċ-Ċittadini Taljani li nfexxew b'applaws kbir. F'din l-okkażjoni wkoll l-amministrazzjoni preżentat tifkira lill-Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla. Wara dan, is-suċċess kompla bl-aħħar ġurnata ta' Tnejn 27 ta' Mejju biex b'hekk, ġiet issiġillata Ġita ta' tlett ijiem, li matulhom il-kontinġent kollu li kien l-akbar kontinġent li qatt żar il-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa, żar diversi postijiet ta' nteress f'postijiet mill-isbah fostom Victoria, Ortigia, Modica u Santa Rosalia. B'din il-Ġita il-Banda kienet Ambaxxatrici ta' Malta fejn anke l-Bandiera ta' Malta prerpret quddiem il-Banda akkumpanjata mill-Istandart Uffiċċjali tal-Għaqda. Xhieda oħra kienet l-emblema tal-Għaqda fuq il-poster uffiċċjali ta’ din il-Festa fejn issemma wkoll isem il-Banda u l-parteċipazzjoni tagħha. Il-Banda kienet alloġjata f'Lukanda ta' Erba Stillel fiċ-ċentru ta' Ragusa.
Fit-tmiem il-Mawra, l-Amministrazzjoni ippreżentat ukoll tifkira lil-propjetarju tal-agrituriżmu fejn il-kontinġent għamel l-aħħar ikla tiegħu u lis-Sur Joe Micallef, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Ivjaġġar għall-ko-operazzjoni tagħhom. Żgur li r-ritratt tal-Banda li ħadet quddiem id-Duomo ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla u oħrajn bil-kontinġent kollu ser jibqgħu tifkira sabieħa fil-memorja ta' dan l-avveniment storiku għall-Banda. Il-Kontinġent wasal Malta nhar it-Tnejn 27 ta’ Mejju fil-11.15 ta’ filgħaxija. Tajjeb illi nsemmu wkoll li l-Banda nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2013 xorta waħda ħadet sehem fil-Mass Banda bejn it-tlett Baned Qriema fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi sabiex b’hekk il-Banda kienet preżenti f’żewġ okkażjonijiet fl-istess ġurnata f’Malta u fi Sqallija.
Inawgurazzjoni tal-Bandalora Uffiċċjali
I s-Sibt 15 ta' Ġunju 2013,
kienet l -aħħar attivita' ta' qabel il-Festa ta' San Ġorġ Martri
li fiha l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici fakret -il 25 Anniversarju tagħha.
Din kienet tikkonsisti f'marċ mill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li beda fis-6:45 ta' filgħaxija minn quddiem il-Każin tagħha u għadda mat-toroq taż-żewġ Parroċċi sa quddiem il-Każin tal-Banda Anici.
Dan il-marċ sar reċiproku fuq stedina li għamlu ż-żewġ Soċjetajiet lil xulxin meta fis-sena 2012 il-Banda Anici għamlet marċ fl-okkazjoni tal-150 sena tal-Banda Pinto u fl-2013 sar dan il-marċ fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tal-Banda Anici.
Wieħed irid jinnota x'armonija tinsab fost dawn iż-żewġ Soċjetajiet fejn iwarbu l-piki tal-Parroċċi u jingħaqdu flimkien għall ġid tal-Belt Pinto.
Intant għall-ħabta ta' 8:10 ta' filgħaxija wasal quddiem il-Każin tal-Banda Anici l-E.T. DOTT. George Abela President ta' Malta fejn ġie milquh mill-Membri tal-Kumitat Amministrattiv u l-istess Banda Pinto daqqet l-Innu Malti.
Hawn biet iċ-ċerimonja billi l-President ta' Malta kixef il-Lapida Kommemorattiva li tfakkar -il 25 sena tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici.
Wara l-W.R. Arċipriet il-Kanonku Anton Cassar bierek din il-Lapida.
Iċ-ċerimonja kompliet fis-Sala Carmelo Spiteri meta hemm hekk sar diskors mill-President tal-Għaqda Claudia Muscat u segwa warajha d-Diskors mill-President ta' Malta.
Imbagħad il-President tal-Għaqda talbet lill-E.T. il-President ta' Malta sabiex jikxef il-Bandalora uffiċċjali tal-Għaqda, u mal kxif il-mistiedna nfexxew f'applaws kbir.
Wara l-Arċipriet bierek il-Bandalora u saru il-preżentazzjonijiet. Wara din iċ-ċerimonja sar riċiviment fil-Każin. Tajjeb li nsemmi li l-Lapida kommemorattiva inħadmet mill-marmista Ronald Pisani, filwaqt li l-Bandalora inħadmet fuq disinn ta' Salvu Bugeja li kienet ikkommisjonata lilu fl-1996. Ix-xogħol tal-ħjata u rakmu inħadem minn George Cassar, filwaqt li s-Sopraporta, il-Labarda u l-pumi nħadmu mid-ditta Joseph Aquilina.
Fl-2008 il-Kumitat Amministrattiv kien inkariga lid-Direttur Ġeneralu u Fundatur sabiex jieħu ħsieb il-ġbir ta' fondi għall-din l-opra kif ukoll jikordina x-xogħol kollu nvolut f'din il-biċċa xogħol tal-arti li komplet żdidet mal-kumplament, li jżejnu dan il-Palazz Cappadocia.
Il-Kopja uffiċċjali tal-George Cross u l-Ikona Russa
Fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri, f'lejliet u nhar il-Festa iġġiffieri is-Sibt u il-Ħadd 29 u 30 ta' Ġunju 2013, fis-Sala San Ġorġ Martri fil-Każin kienu essibiti il-Kopja uffiċċjali tal-George Cross u għat-tieni sena konsekuttiva l-Ikona Russa ta' San Ġorġ Martri li tinsab fil-Palazz Presidenzjali ta' San Anton. Kienu ħafna nies li żaru il-Każin sabiex mal-ħafna xogħol ta' arti li jippossedu is-swali tal-Każin, raw ukoll il-George Cross li hu marbut mal-istorja ta' Malta u l-Ikona li żżejjen il-Kappella Russa tal-Palazz kif ġa semmejt. Dawn komplew juru l-impenn u dedikazzjoni tal-Kumitat Amministrattiv sabiex isem l-Għaqda jibqa magħruf. Il-kumitat ukoll kien irringrazzja lil Heritag Malta għall-George Cross u lil E.T. Dott. George Abela President ta' Malta għall-Ikona.
Okkażjoni oħra mniżla b'ittri tad-Deheb fl-istorja tal-Għaqda
It- Tnejn 7 t'Ottubru 2013, fil-Katidral ta' San Ġorġ Martri f'Modica fi Sqallija, ġie ffirmat ftehim storiku ieħor li bih il-Banda Anici għandha tmur iddoqq fil-Purċissjoni fil-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Modica li hija Provincia ta' Ragusa , il-Ħadd 27 t' April 2014. Dan il-ftehim ġie ffirmat fid-09.30 ta' filgħodu miċ-Ċermen tal-Kummissjoni Banda, il-Kavallier John Mary Spiteri għan-nom tal-Għaqda, u minn Reverendo Don Giovanni Stracquadanio għall-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri ta' Modica. Waqt l-iffirmar kien hemm preżenti wkoll rapprżentanti tal- Associazione portatori San Giogio di Modica.
Żjara lill-President ta' Malta fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta
Żjara konġunta bejn il-Banda Spinola ta' San Ġiljan u l-Banda Anici fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju taż-żewġ Għaqdiet tal-Mużika. Dawn kienu ftehmu bejniethom sabiex bħala Mass Band jagħmlu marċ fi triq ir-Rebbuplika fil-Belt Valletta sal-Palazz Presidenzjali, u wara jiltagħqu mal-E.T. Dott George Abela President ta' Malta. Il-President kien aċċetta l-istedina u din l-attivita kienet saret is-Sibt 16 ta' Novembru 2013, fejn wara l-marċ, il-Baned iltagħqu mal-President ta' Malta fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta, fejn wara li kien hemm diskorsi mill-Presidenti taż-żewġ Għaqdiet, sar ukoll diskors mill-President ta' Malta. Iż-żewġ Għaqdiet bejniethom kienu ppreżentaw tifkira lill-President ta' Malta, kif ukoll ippreżentaw tifkiriet lil xulxin. L-attivita spiċċat billi ttieħed ritratt ta' tifkira mal-President ta' Malta.
Propjetà oħra tal-Għaqda
Il-Kumitat Amministrattiv kien iddeċieda li jixtri qabar fiċ-Ċimiterju tal-Parroċċa, għall-membri u Bandisti fi ħdan l-Għaqda. Għal dan il-għan f'Diċembru 2012 kien daħal f'konvenju u l-Ġimgħa 29 ta' Novembru 2013 kien għamel il-kuntratt quddiem in-Nutar Gerald Spiteri Mempel. B'hekk issa l-Għaqda għandha l-Qabar tagħha wkoll, fejn fih jistgħu jindifnu is-sostenituri tagħha li sal-mewt baqgħu lejali lejha.
Il-Banda Anici fil-Festa ta' San Ġorġ Martri fil-Provinċja ta' Modica, Fi Sqallija.
W ara mistennija kbira għall-mawra tal-Banda Anici fi Sqallija, din waslet u għaddiet iżda l-memorji li ġabet magħha kienu kbar u mhu ser jintesew qatt.
Kollox beda s-Sibt 26 t'April 2014,
meta l-kontinġent ta' 'l fuq minn mitt ruħ irħielha lejn il-Port,
fejn għall-ħabta tal-04.55,
beda l-vjaġġ tiegħu lejn Pozzallo fi Sqallija bil-Katamaran Jean De La Valette. B'hekk bdiet l-avventura li mxiet pass pass mal-programm imħejji.
Is-Sibt kienet ġurnata twila fejn l-ewwel kien hemm żjara fiċ-ċentri storiċi ta' Catania u Caltagirone,
post kulturali magħruf għaċ-ċeramika.
Wara vjaġġ lejn il-lukanda ta' erba' Stillel fiċ-ċentru ta' Ragusa Ibla, ġiet fi tmiemha l-ewwel ġurnata.
Il-Ħadd 27 t' April kien il-qofol ta' din il-mawra.
Filgħodu wara l-kollezzjon, il-kontinġent erħielha lejn post fejn jitrabbew l-annimali u fejn issir il-produzzjoni tal-ġobon.
Wara vvjaġġa sakemm waqaf fi stabbiliment kummerċjali u lura lejn il-lukanda għall-ikla.
Għal ħabta ta' 15.00, il-mużiċisti flimkien mal-bqija tal-kontinġent irħewlha lejn Modica fi vjaġġ ta' ftit iżjed min-nofs siegħa.
Hemm il-ħolma bdiet issir realtà u l- kontinġent sab ħafna partitarji Ġorġjani ta' Modica jistennewh proprju fejn il-Banda Anici kellha tibda l-wirja mużikali tagħna.
Bdiet marċ li kien akkumpanjat mill-partitarji tagħha u dawk ta' Modica; irregalat standard tagħha lill-paritarji Ġorġjani ta' Modica.
Barra minn dan, kien ta' gost kbir għalina naraw l-istandardi jpperpru maż-żiffa friska ta' dik il-lejla.
Spiċċat l-ewwel parti Mużikali tal-Banda u quddiem il-Katidral, ittieħdu ritratti tal-okkażjoni flimkien mal-partritarji Sqallin.
Id-diriġenti tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici flimkien ma' numru ta' partitarji kienu preżenti fil-Katidral għall-quddiesa tal-festa u wara saret il-preżentazzjoni tal-bdil tal-istandardi u saret tislima xierqa quddiem ix-xbiha ta' San Ġorġ Martri.
Għall-ħabta tal-17.30 bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ li għaliha jattendu eluf kbar ta' nies. Il-Banda Anici bdiet iddoqq l-Innu Popolari ‘Fjur ta' Martri', kompożizzjoni ta' Mro Giuseppi Camilleri u kliem tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.
Hemm il-qalb ta' kull Qormi preżenti riedet ittir bil-ferħ, fost l-entużjażmu li kien hemm waqt il-ħruġ tal-istatwa titulari li tirrapreżenta lil San Ġorġ fuq iż-żiemel.
Il-Banda kompliet iddoqq fil-purċissjoni quddiem l-istatwa.
Preżenti wkoll kien hemm stazzjoni televiżiv Sqalli li beda jxandar live din il-purċissjoni.
Matul it-triq tal-purċissjoni, il-Banda kellha applawsi mistħoqqa u merħba kbira mill-Isqallin għall-interpretazzjoni tal-marċi tradizzjonali Maltin.
Kif il-Banda temmet il-wirja mużikali tagħha, kien hemm applaws kbir mill-partitarji Ġorġjani ta' Modica fejn infexxew jagħjtu ‘Anici, Anici' u ‘Malta, Malta'.
Dan kien sodisfazzjon kbir għall-Banda Anici. B'hekk intlaħaq l-għan li għalih il-Banda għamlet din il-ħames mawra tagħha f'postijiet differenti barra xtutna. B'hekk għal darb'oħra l-Banda Anici kienet l-ambaxxatriċi ta' Malta fi Sqallija fejn ukoll irrappreżentat lil Ħal Qormi b'suċċess. L-għada, it-Tnejn 28 t' April 2014, wara l-kollazzjon, il-kontinġent għabba l-bagalji u wara vjaġġ ta' ftit iżjed min-siegħa wasal Chiaramonte Gulfi, raħal li jinsab fuq waħda mill-għoljiet f'Ragusa. Hawnhekk il-kontinġent kellu ħin għal passiġġata f'dan ir-raħal kwiet u pittoresk, magħruf għall-għasir taż-żebbuġ, fejn żaru wkoll mużew ta' kif kien jintgħasar iż-żebbuġ, żaru ieħor ta' għasafar ibbalzmati, ieħor ta' armi ta' żmien il-gwerer li għaddew, ta' oġġetti sagri, u ieħor ta' strumenti antiki tal-mużika. Wara n-nies tagħna żaru wkoll il-knisja parrokkjali ddedikata lill-Madonna u wara mar għal ikla stil Sqalli; u mbagħad għamel aħħar eskursjoni kulturali tiegħu lejn Noto. Hemm il-kontinġent kollu ħa ritratt ta' tifkira u kompla passiġġata fit-triq prinċipali magħrufa għall-bini istil barokk bil-knejjes, it-Teatro Massimo u bini storiku ieħor. Fl-aħħar, il-kontinġent beda triqtu lejn il-port ta' Pozzallo sabiex għall-ħabta tat-19.40 beda l-vjaġġ lura lejn Malta. Għall-ħabta tal-21.45, il-kontinġent daħal fil-port ta' Malta. B'hekk ġiet fi tmiemha din il-mawra kulturali, li mhi ser tintesa qatt u sabiex din l-istorja tal-Għaqda tkompli tkun glorjuża.
Żjara fil-Każin mill-E.T. is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca President ta' Malta. Il-Ħadd 4 ta' Jannar 2015, għal-ħabta tal-10.00am, il-President ta' Malta l-E.T. is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca għamlet l-ewwel żjara tagħha fil-Każin fejn ġiet milqugħa mill-President tal-Għaqda Dott Claudia Muscat u mill-membri tal-Kumitat, Soċi, Mużiċisti u membri oħra tas-Sezzjonijiet u Kummissjonijiet fi ħdan l-Għaqda. Wara li tkellmet ma' kull min kien fil-Każin, ġiet mitluba tiffirma l-ktieb tal-vizitaturi u ġiet ukoll ppreżentata b'diversi tifkiriet sabiex jipqgħu ifakkru din iż-żjara. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri f'isem l-Għaqda wkoll ppreżentaw lil E.T. il-President donazzjoni b'risq il-“Community Chest Fund”. Fi tmiem din iż-żjara ittieħed ritratt tal-okkażjoni. Il-President Coleiro Preca kienet ukoll akkumpanjata waqt din iż-żjara min żewġha Edgar. L-Imsallab Fi Triqatna.
Għall-ewwel darba f'Ħal Qormi, l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici għamlet drama fit-toroq dwar il-Passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu. Din saret l-Erbgħa 25 ta' Marzu 2015 proprju jumejn qabel il-Festa tal-Madonna Addolorata.
Id-drama bdiet billi għall-ħabta tas-7.00pm mill-Każin bdew ħerġin il-Personaġġi u suldati, u għamlu parata fit-toroq sal-Pjazza tal-Vitorja u lura.
Wara beda d-dramm u wara li ħarġu l-personaġġi mill-Każin bdew isiru ix-xeni mill-Passjoni, fit-toroq minn quddiem il-Każin għal Triq il-Vitorja,Pjazza tal-Vitorja u lura għal quddiem il-Każin sabiex saret it-tisliba u qawmien mill-Mewt mill-Gallarija tal-Każin. Minbarra l-“cast” ta' madwar 150 ruħ mill-grupp Dilettanti Ġimgħa l-Kbira Għawdex, fit-toroq kien hemm ukoll xenarju tal-epoka' u “sound” mifrux mat-toroq. Għal din l-esperjenza ġdida attendew ħafna nies anke minn barra Ħal Qormi, u dawn mhux biss kienu spettaturi iżda pparteċipaw ukoll. Qabel beda d-dramm għall-ħabta tas-6.30pm, saret l-inawgurazzjoni tal-Wirja “Ecce Mater Tua” fil-Każin mill-Onor. Imħallef Silvio Meli. Il-wirja kienet tikkonsisti minn 19 il-vara replika' fuq il-vari tal-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri u Personaġġi mill-Purċissjoni replika' ukoll fuq tal-Parroċċa. L-esebitur kien is-Sur Ġorġ Cutajar membru tal-Għaqda. B'dawn l-attivitajiet l-Għaqda kompliet turi li l-attivitajiet Kulturali huma ferm għal qalbha.
L-inawgurazzjoni ta' Vetrina Ġdida u l-ewwel fażi ta' tisbiħ fis-swali tal-bar I s-Sibt 13 ta' Ġunju 2015, ġie inawgurat l-ewwel fażi ta' tisbiħ tas-Swali tal-Bar tal-Każin. Iċ-ċerimonja biet billi il-Presidiet għal-ħabta tat-8.00 ta' filgħaxija, laqegħt lil Onorevoli Silvio Schembri fil-preżenza tal-membri tal-Kumitat, Soċi, u Mużiċisti, flimkien ma Benifatturi, Sindku u Kunsilliera, u l-Arċipriet tal-Parroċċa, u mistidnin oħra. Wara l-Onorevoli ġie mistiden jiffirma il-Ktieb tal-Viżitaturi. Fis-Sala San Ġorġ Martri għamlet diskors qasir il-President tal-Għaqda Dott Claudia Muscat u wara stiednet sabiex l-Onor Silvio Schembri l-ewwel jikxef Vetrina ġdida u berikha l-Arċipriet. Wara din iċ-ċerimonja qasira, biet iċ-ċerimonja ewwlenija tal-Inawgurazzjoni tal-Proġett. Saru Diskorsi mill-President tal-Għaqda u mill-Onorevoli Schembri, fejn wara kixef il-Plakka kommomerattiva, u l-Arċipriet il-Kanonku Dun Anton Cassar bierek il-Proġett. Saru żewġ preżentazzjonijiet waħda lil l-Onorevoli u oħra lill-Arċipriet, u wara kien hemm reċiviment. Dan il-Proġett kien fil-biċċa l-kbira tiegħu finanzjat mill-Fondi Ewropej, bil-kumplament tal-ispiża tassorbijhom l-Għaqda.
Massed Band
Okkażjoni oħra li fiha l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici uriet maturita fit-tmexxija tagħha, kienet proppju is-sehem tal-Banda Anici f'Massed Band mal-Banda tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Dan wara li kienet saret stedina mill-kommunita Salesjana Maltija, li għamlet stedina lit-tliet Baned Qormin, sabiex fl-okkażjoni tal-200 sena mit-twelid ta' San Gwann Bosco, kienu ser iġibu l-Urna tiegħu sabiex issir ċelebrazzjoni fil-Knisja ta' San Sebastjan, wara li din l-Urna daret ħafna Postijiet madwar id-Dinja u issa kien immis lil Malta. Fil-Fatt din l-okkażjoni kient saret il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2015, billi għal ħabta tal-5.30pm beda korteo minn ħdejn it-Tribuna tal-Grammastru Emmanuel Pinto De Fonseca, sal-Knisja Parrokkjali ta' San Sebastjan. F'dan il-Korteo kien hemm is-sehem tal-Banda Anici u Pinto kif ġa semmejt qabel li laqgħu l-istedina u ingħaqdu f'Massed Band, fejn matul il-Korteo daqqew diversi marċi brijużi mir-repertorju taż-żewġ Baned. Qabel il-Korteo il-Massed Band kienet mistiedna sabiex jittieħed ritratt tal-okkażjoni mal-Urna, u aktar tard ukoll minn naħa tas-salesjani kienu ippreżentaw tifkira liż-żewġ Baned. Il-Banda Anici kienet l-uniku Għaqda li irrappreżentat lil Parroċċa ta' San Ġorġ Martri f'din l-okkażjoni.
Immut Mużiċist ieħor
L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, kellha terġa tesperjenza okkażjoni oħra ta' dieqa, meta nxterdet l-aħbar tal-mewt ta' Justin G. Saliba li kien mhux biss Mużiċist, iżda ukoll rappreżentant tal-Mużiċisti tal-Post, u membru tal-Kummissjoni Banda, u PRO tal-Għaqda. It-Tnejn 18 ta' Mejju 2015, ġriet l-aħbar tal-mewt li ħasdet lil kulħadd. Il-Funeral tiegħu sar is-Sibt 23 ta' Mejju 2015 bi Knisja mimlija nies li attendew għal quddiesa Funebri. Wara sar il-Korteo Funebri fejn il-Banda Anici daqqet marċi Funebri tul it-Triq mill-Knisja Arċimatriċi u Arċipetali ta' San Ġorġ Martri fejn sar il-Funeral saċ-ċimiterju tal-Parroċċa. F'dan il-Korteo kien hemm is-sehem ukoll ta' Mużiċisti tal-Banda tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li ingħaqdu mal-Banda Anici u taw is-sevizz tagħhom volontarjament, kif għamlu ukoll ħafna Mużiċisti oħra li kienu jafu lil Justin. Minbarra il-fergħat kollha fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, għal Funeral attendew ukoll persuni Distinti u l-Għaqdiet l-oħra tal-Parroċċa, l-Għaqda tan-Nar 23 t' April, il-Kumitat Festi Esterni u l-Kumitat tal-Banda San Ġorġ Martri, flmkien mas-Sindku u Kunsilliera mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. Id-Difna saret fil-Qabar tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Tajjeb wieħed issemmi li Justin G. Saliba kien l-ewwel wieħed li ndifen f'dan il-Qabar.
Imut President Onorarju ieħor
It-Tnejn 7 ta' Marzu 2016, ġriet l-aħbar tal-mewt tal-Konti Konsigilo D' Amato President Onorarju tal-Għaqda. L-Għaqda sellmet lil dan il-President Onorarju billi tajret il-bandiera mezzasta, u tqiegħed iċ-ċoff iswed mal-bieb prinċipali tal-każin, filwaqt li kien fit-talb ta' ħafna mill-membri.
Il-Banda fil-Pellegrinaġġ fl-okkażjoni tal-275 mill-miġja tal-Istatwa Titulari fost il-Qormin.
Okkażj oni li ser tibqa' minquxa fl-istorja ta' Ħal Qormi, iżda mhux inqas fl-istorja tal-Għaqda, kien il-Pellegrinaġġ bl-Istatwa Titulari ta' San Ġorġ Martri fl-okkażjoni tal-275 sena mil-miġja tal-istess statwa fost il-Qormin. Kien il-Ħadd 24 t' April 2016, meta il-Banda Anici laqgħet l-istatwa Titulari fil-bieb tal-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali fid-8.45am bid-daqq tal-Innijiet, fost ċapċip mill-folla numeruża li attendiet. Il-Banda Anici kellha l-inkarigu li ddoqq fil-Pellegrinaġġ quddiem l-istatwa fl-ewwel parti tiegħu, u għalhekk matul ir-rotta li kienet kemm fil-parti t' isfel tal-Parroċċa, kif ukoll fil-Parti ta' fuq, baqgħet iddoqq l-innijiet. Hekk kif il-Banda waslet quddiem il-Każin indaqq l-Innu tal-Banda u l-istatwa mxiet għal quddiem il-Każin fejn hemm għamlet 10 minuti, u ttieħdu diversi ritratti. Hemm ukoll l-Għaqda kellha x-xorti li mal-Banda u l-Arċipriet quddiem l-istatwa kien hemm ukoll l-E.T. il-President ta' Malta Marie Loiuse Coleiro Preca. Dan ir-ritratt kien uniku. Wara l-Pellegrinaġġ kompla għal-triq il-Vitorja u s-sehem tal-Banda Anici kompla wkoll sa kantuniera ma' triq Anici. Il-Banda għalqet is-sehem tagħha bl-Innu Popolari Fjur ta' Martri. Il-Pellegrinaġġ kompla fil-Parroċċa ta' San Sebastian bis-sehem ukoll tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastian, sa kemm reġa' irritorna fil-Parroċċa ta' San Ġorġ Matri bis-sehem tal-Banda San Ġorġ Martri. Il-Pellegrinaġġ wasal ukoll sal-Kamra tan-Nar u lura sal-Knisja.
Imut President Onorarju ieħor
L-Erbgħa 20 ta' Lulju 2016, ġriet l-aħbar tal-mewt tal-Kavvallier Anthony Zammit President Onorarju tal-Għaqda. L-Għaqda sellmet lil dan il-President Onorarju billi rappreżentanza tal-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-quddiesa preżente katavire li saret il-Ġimgħa 22 ta' Lulju 2016, fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri, u tajret il-bandiera mezzasta, kif ukoll tqiegħed iċ-ċoff iswed mal-bieb prinċipali tal-każin.
Pussess ta' Arċipriet Ġdid

Il-Ħadd 8 ta' Jannar 2017,
il-banda ħadet sehem fil-korteo tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid il-W.R. Dun Mario Mangion mid-dar tal-Parroċċa li tinsab fi Triq il-Kbira sal-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri, fejn wara saret il- quddiesa tal-pussess. Il-banda waqt il-korteo, daqqet diversi marċi brijużi kif ukoll l-Innu Popolari lil San Ġorġ Martri u l-Innu Pontifiċju. Il-Banda fi tmiem il-Korteo laqgħat ukoll lill-E.T. Mons Charles J. Scicluna Arċisqof ta' Malta. Fi tmiem il-Quddiesa l-Għaqda preżentat u koll rigal lill-Arċipriet sabiex jibqa ' tifkira tal-okkażjoni fil-bidu tal-ħidma Pastorali tiegħu fil-Parroċċa.
Il-Banda tie ħu sehem fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar fil-Port il-Kbir
Okkazzjoni oħra ta' importanza kbira fl-istorja tal-Għaqda bla dubju ta' xejn hija l-parteċipazzjoni tal-Banda fil-Festval internazzjonali tal-logħob tan-Nar li sar fil-Port il-Kbir il-Ħadd 30 t'April. Il-Banda Anici kienet l-unika banda mistiedna għal dan il-festival mill-organizzaturi u bdiet b'marċ għall-ħabta tas-6:30pm. minn fejn il-knisja ta' Liesse u kompla fl-inħawi tal-Port il-Kbir fejn wara l-marċ beda l-ispettakklu tan-nar.
Im ut Membru Onorarju Ieħor
Is-Sibt 21 t' Ottubru 2017, tħabret il-mewt ta' Anthony Magri Membru Onorarju tal-Għaqda. Il-Funeral tiegħu sar it-Tlieta 24 t' Ottubru 2017, bil-Quddiesa tkun fl-4.00pm fil-Knisja Arcimatrici, u Arcipretali ta' San Gorg Martri. Preżenti l-Kumitat Amministrattiv b'turija ta' rispett għal dan il-benifattur tal-Għaqda.
Banda Anici fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18.
Il -Banda Ċittadina u Ġorġjana Anici, s-Sibt 20 ta' Jannar 2018, kienet Ambaxxatriċi, u protagonista tal-Belt Pinto, fil-ftuħ storiku tal-Valletta 18, okkażjoni unika għal Pajjiżna, w allura anke għall-Għaqda. B'dan l-avveniment il-Banda Anici reġistrat is-seba' parteċipazzjoni fl-istorja tagħha b'mod Nazzjonali. Il-Banda bdiet iddoqq għal-ħabta tas-7.25pm f'tarf Triq Gilormu Cassar, flimkien ma Baned oħra li parteċipaw f'dan l-avveniment li b'kollox kienu jammontaw għal Tlettax il-Banda. Il-Banda Anici tat-is-servizz tagħha bejn is-7.25pm sad-9.00pm. Il-Banda Anici kienet l-unika Banda Qormija li ħadet sehem f'dan l-avveniment storiku.
L-iffirmar f'Castelmola fi Sqallija.
It-Tlieta 23 ta' Jannar 2018, kienet ġurnata oħra storika fl-istorja tal-Għaqda, meta f'Castelmola fi Sqallija ġie firmat il-ftehim bejn il-Kumitat organizzattiv tal-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Castelmola, u l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, permezz taċ-Chairman tal-Kummissjoni Banda l-Kavallier John Mary Spiteri, li bih il-Banda Anici ġiet mistiedna sabiex tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Castelmola fi Sqallija (Italja) t-Tnejn 23 t' April 2018, il-ġurnata li l-Banda Ċittadina u Ġorġjana Anici tfakkar it-30 Anniversarju tagħha . Din ser tkun is-sitt mawra tal-Banda barra xtutt Maltin, u ser tkun it-Tlielet darba li l-Banda sejra doqq fi Sqallija (Italja).
Il-Banda Ċittadina, u Ġorġjana “Anici” Mistiedna fil-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Castelmola fi Sqallija 2018
L-avventura għas-sitt mawra tal-Banda barra xtutna waslet. Wara s-suċċess li l-Banda Ċttadina, u Ġorġjana “Anici” kellha fis-snin preċedenti fejn kienet mistiedna sabiex iddoqq fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla Provincja fi Sqallija (Italja) fis-sena 2013, is-sena li fiha l-Għaqda ċċellebrat il-25 Anniversarju mill f unda azzjoni tagħha, u fis-sena ta' wara fejn reġgħet ġiet mistiedna sabiex tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri din id-darba f' Modica Provincja fi Sqallija (Italja), u din id-darba 2018, reġgħet giet mistiedna sabiex iddoqq fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri din id-darba f' Castelmola f'Sqallija (Italja ). Kollox beda l-Ħadd 22 t'April u Il-Banda filmkien mal-kontinġent ta' l- fuq minn 100 persuna, erħewla bi vjaġġ bil-Katamaran tal-“Virtu Ferries” lejn il-Port ta' Pozzallo fis-sitta ta' filgħodu . Fl-ewwel ġurnata l-kontinġent żar Ognina, Ikla taħt il-Muntanja Etna, u wara baqa' tiela' fuq l-Etna sabiex hemm setgħu jammiraw il-ġmiel li toffri din il-Muntanja. Il-wirja Mużikali tal-Banda fit-toroq ta' Castelmola, kienet fil-jum tat-Tnejn 23 t'April 2018 f'Jum il-Festa Liturġika ta' San Ġorġ Martri , u f'għeluq it-30 Anniversarju tal-Għaqda. Dakinhar filgħodu il-kontinġent żar Acireale, u wara l-Ikla bdew il-praparamenti sabiex jerħula lejn Castelmola. Għal ħabta tal-5.00pm telqu mill-Lukanda lejn Castelmola fejn ġew milquwa mill-Kumitat organizzattiv. Il-Banda bdiet il-wirja mużikali tagħha mal-wasla tal-Isqof u kompliet takkumpanjah sal-Knisja, sabiex wara l-funzzjoni kien wasal il-ħin tal-Purċissjoni. Mal-ħruġ tal-istatwa ta' San Ġorġ Martri mill-Knisja, il-Banda laqgħatu, bl-Innu Popolari tant sabieħ “Fjur ta' Martri” u tat bidu għall-Purċissjoni. Kien hemm stennija kbira mill-Isqallin sabiex jaraw il-Banda, u ferħu bil-kbir mad-daqq tal-marċi tradizzjonali brijużi tagħna. Wara l-Purċissjoni l-Banda inatat tifkira tal-okkażjoni mil-Kumitat organittattiv ta' Castelomla, fejn wara l-Għaqda irreċiprokat b'tifkira oħra. Din kienet esperjenza oħra mill-isbaħ għall-Banda fejn din il-parteċipazzjoni terġa' tinkiteb b'ittri tad-Deheb fl-istorja ta l-Għaqda . Il-Kummissjoni Banda ħadmet ħafna sabiex il-Banda Anici tkun l-ewwel u l-uniku Banda Maltija li tipparteċipa f'dawn il- Festi Popolari Ġorġjani kemm f'Ragusa Ibla 2013, f'Modica fl-2014, kif ukoll f' Castelmola fl-2018, t-tlieta li huma fi Sqallija. Dan seta' jseħħ wara li l-Kumitat Organizzattiv ta' Castelmola, għaraf is-suċċessi li kisbet il-Banda f'kull dehra li kellha fi Sqallija. Fl-a ħħar ġurnata tal-mawra, t-Tlieta 24 t' April 2018,l-kontinġent kellu ċans li jżur sew il-Belt ta' Catania. Il-Kontinġent telaq minn Pozzallo fis-7.30pm, u wasal lura Malta għal-ħabta tad-9.30pm . Sabiex din il-mawra setet tirnexxi kien hemm ħidma kbira mill-Kummissjoni Banda taħt it-treġija tac-Chairman tagħha l-Kavallier. John M. Spiteri, u bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija tal-Ivjaġġar “Micallef Joe Travel” li wkoll inataw tifkira tal-okkażjoni mill-Għaqda. Il-Banda reġat kienet għal darb'oħra l-ammbaxxatriċi ta' Malta barra xtutna bis-sit mawriet fi 30 sena ta' Storja tagħha.
Planċier ġdid għal Banda

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Band a fi ħdan l-Għaqda, im m exxija mil-Kav. John M. Spiteri bħala Chairman tagħha, għall-okkażjoni tat-30 Anniversarju tal-Għaqda, ħasbet sabiex tlesti l-ewwel fażi mill-proġett ta' Planċier ġdid għal l- Banda , proġett ambizzju ż u kbir. Sabiex din l-inizzjattiva saret realta ' , din il-Kummissjoni kienet ila taħseb u torganizza diversi attivitajiet sabiex tiġbor il-fondi neċessarji minn tlett snin qabel, u dan ma naqqas xejn mir-responsabilta ' li għanda sabiex torganizza l-Banda għal kull attivita ' tagħha. Dan il-Planċier ġie mżanżan il-Ġimgħa 22 ta' Ġunju 2018, meta l-Banda Anici tellgħat l -ewwel Programm Vokali u Strumentali Annwali tal-Festa fuq dan il-Planċier. Ix-xogħol ta' ħadid sar minn Philip Mangion, u x-xogħol ta' injam kien f ' idejn Michael Cassar, filwaqt li l-ħjata tad-drapp kien xogħol Ludgarda Pace, u żebgħa ħa ħsiebha Victor Ciangura. Dan ix-xogħol kollu kien kooardinat mil-Kav. John M. Spiteri Chairman tal-istess Kummissjoni, li ra li kollox jimxi kif ippjanat u maħsub.
Statwa ta' San Ġorġ fuq iż-żiemel jissielet mad-dragun
Pro ġett ieħor kbir f'għeluq it-30 Anniversarju tal-Għaqda kien il-wasla tal-Istatwa ta' San Ġorġ fuq iż-żiemel jissielet mad-dragun. Kienet inizjattiva u ħolma tad-Direttur Ġenerali tal-Għaqda l-Kav. John M. Spiteri, li xtaq li l-Każin ikollu statwa propjeta ' tiegħu mingħajr ma l-Għaqda toħroġ mill-fondi tagħha flus sabiex din isir. Kien għalhekk li ħa l-inizzjattiva, u jsib grupp ta' nies bil-għan li jiġbor il-flus meħtieġa minn għandhom. B'determinazzjoni assoluta beda l-ħidma tiegħu sabiex din il-ħolma sir realta ' . Għalhekk sal-25 ta' Marzu 2014 kien ġa kellem statwarju, u kellu fidejh stima, u għamel l-ordni, sabiex isir din l-Istatwa. L-ewwel ħsieb li kellu kien li din l-ordni jagħmilha b'rispett għand statwarju li kien ġa kellu xogħolijiet oħra fil-Każin. Il-ftehim kien li din l-Istatwa kellha tkun lesta sal-Festa Titulari f'Ġunju 2016, meta l-Parroċċa kienet qiegħda tfakkar il-275 sena mil-miġja fost il-Qormin tal-Istatwa Titulari ta' San Ġorġ Martri. Daħal iż-żmien u din l-ist atwa baqgħat ma waslitx, u għalhekk il-Kav John M. Spiteri ma kellux triq oħra, ħl i ef li jsib statwarju ieħor li seta ' jagħmel din il-ħolma realta ' . Bla telf ta' ħin f'Ġunju tal-istess sena 2016, kien ġa mar jitkellem ma statwarju ieħor, u din id-darba l-għażla tiegħu kienet għand l-artist Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi, li minn naħa tiegħu tah il-kelma li kien ser jagħmel minn kollox sabiex jagħmel dan ix-xogħol. Wara diversi diskussjonijiet, waslet il-ġurnata tat-23 ta' Settembru 2016, meta fl-istudju tal-artist fin-Nadur Għawdex, ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Artist Adonai Camilleri Cauchi, u l-Kav John M. Spiteri, fejn l-artist ukoll ippreżentalu d-disinn ġdid skont kif xtaqu l-Kav John M. Spiteri. Mill-bidu nett li l-Artist beda x-xogħol fuq din l-istatwa, mill-ewwel deher li kien ser joħloq statwa meraviljuża li ssaħħar lil kull min jaraha. Wara tant ħidma u stennija, waslet il-ġurnata li din l-istatwa titlesta u tinġieb fil-Każin. Kien is-Sibt 16 sbiħ il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018, meta din l-istatwa nġiebet Malta minn Għawdex u sabet postha fil-Każin, fejn inżammet mgħottija sal-Ġimgħa 22 ta' Ġunju 2018, meta mad-daqq tal-Innu Fjur ta' Martri mill-Banda Anici ġiet inawgurata fost applaws kbir. Issa din l-istatwa hi propjeta' tal-Għaqda, grazzi għal ħolma tal-Kav John M. Spiteri, li tant ħadem u għamel sagrifiċ ċ ji sabie x din l-opra jaraha fil-Każin, kif ukoll għal dawk kollha li tawh id-donazzjonijiet tagħhom sabiex seta' jiġbor is-somma kollha b'suċċess.
Sehem attiv fil-ħatra uffiċjali tal-Kolleġġjata Ġorġjana, u l-ewwel Kononċi tal-Kapitlu
Il-Ġimgħa 10 ta' Jannar 2020, il-Banda Ċittadina u Ġorġjana Anici, għamlet Kunċert Ad Novum Gaudium fl-okkażjoni tal-ħatra uffiċjali tal-Kolleġġjata, u l-ewwel Kanonċi tal-Kapitlu Ġorġjan. Dan il-Kunċert sar fil-Kolleġġjata u Arċimatriċi ta' San Ġorġ Martri stess, u kien taħt il-Patroċinju tar-Rispettabli Sindku Renald Falzon. F'dan il-Kunċert il-Banda daqed Mużika klassika u addattata għal-Knisja, iżda fuq kollox żanżnet overture mill-isbaħ tal-kompużitur Għawdxi Antoine Mercieca li propju inkitbet għal din l-okkażjoni, u ingħatat l-isem ta' L-Kolleġġjata Ġorġjana. Din hija l-ewwel Mużika marbuta mal-Kolleġġjata li nkitbet għal dan il-għan, u allura għanda valur kbir mhux biss mill-lat Mużikali, iżda wkoll mill-lat storiku. Apparti dan kollu, l-Banda għalqed il-Kunċert bil- Cantata L-Apoteożi ta' San Ġorġ Martri miktuba fl-1991 mill-ewwel Surmast Direttur li kellha l-Banda Frankie Galea, fuq versi tal-President Onorarju tal-Għaqda Dr Carmel Mallia. F'dan il-Kunċert ukoll ħadu sehem il-Kor Chamber Muzik Choir taħt it-tmexxija tas-Surmast Christopher Bonnici, u s-Solisti, s-Sopran Connie Francis Zerafa, it-Tenur Joseph Aquilina, u B aritonu Alfred Camilleri. Il-Banda kienet taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella A. Mus. L.C.M., A. Mus. L.S.M., L. Mus. L.C.M., F.V.C.M. filwaqt li l-preżentazzjoni kienet tas-Sur Joseph Chetcuti fuq Produzzjoni tal-Kummissjoni Banda fi ħdan l-Għaqda. Waqt dan il-Kunċertr ukoll, l-Għaqda ippreżentat tifkirit lis-Sindku u lill-preżentatur, kif ukoll donazzjoni lill-Kanonku Arċipriet Dun Mario Mangion b'risq il-proġett tal-mazza Kapitulari. B'hekk il-Banda kienet l-ewwel fost il-Baned Ġorġjani li daqqet fil-Kolleġġjata Uffiċjali u min meta nħatar il-Kapitlu bl-ewwel Kanonċi.
Il-Proġett tal-Panelli Solari
L-Amministrazzjoni tal-Għaqda kienet ila taħdem sabiex ikollha sors ieħor ta' Enerġija nadifa. Kien Novembru 2020 meta fuq il-bejt tas-Sede tal-Għaqda, ġew installati l-Panelli Solari. Dan kien proġett mill-iskema (Scheme for the Promotion of Renewable Energy Sources for Voluntary Organisations) li għalih l-Għaqda aplikat u kwalifikat b'suċċess. Wara proċess li ħa ftit taż-żmien f'April 2021, l-Għaqda bdiet tibbenifika minn dawn il-Panelli Solari.
Imut it-Tielet Fundatu r u President Emeritus
Nhar l-Erbgħa 9 ta' Diċembru 2020, inħsadna bl-aħbar tal- mewt tan-Nutar Antoine Agius, l-ewwel President li kellha l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, wieħed mill-Fundaturi, u President Emeritus.
Il-Funiral tiegħu kien sar il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2020,meta minħabba l-pandemija tal-covid-19, ma setax isir korteio bil-Banda, u għalhekk il-Katavru tiegħu kien wasal quddiem il-Każin qabel il-Quddiesa għall-ħabta tas-2.00pm u hemm saret ċerimonja żghira funebri, fejn il-Bandiera fuq il-Każin kienet tperper mezza lasta u sellmet lin-Nutar mad-daqq tal-last post minn żewġ kurunettisti, kif ukoll tpoġġew fjuri fuq it-tebut.Wara l-Funiral tkompla għall-Knisja Kolleġġjata ta' San Ġorġ Martri fejn saret il-Quddiesa prezente katavire fis-2.30pm. Wara tkompla għad-difna b'mod privat għaċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata f'Raħal Ġdid, fejn saret id-Difna fil-Qabar tal-Familja.
 
Att Notarili dwar Marċi Funebri u Brijużi
 Kien Jum il-Ġimgħa l-Kbira 2 t' April 2021 meta minħabba l-Pandemija l-Purċissjonijiet għat-tieni sena konsekuttiva kellhom jibqgħu ġewwa. Għalhekk il-Kummissjoni Banda fi ħdan l-Għaqda ħatfet l-opportunita u għamlet Att Notarili quddiem in-Nutar Josef Christian Masini Vento , mas-Surmast Ray Sciberras u Martu dwar Marċi Funebri u Brijużi li kienu diġa qed jindaqqu mil-Banda, sabiex dawn ikunu propjeta' tal-Għaqda u jindaqqu biss mill-Banda Ċittadina u Ġorġjana Anici. I-Att Notarili kien iffirmat ukoll mis-Se gretarju tal-Għaqda Carmelo Polidano, u preżenti wkoll waqt l-iffirmar ta' dan l-Att Notarili kien hemm ic-Chairman tal-Kummissjoni Banda l-Kav. John MarySpiteri, u s-Segretarj a tal-istess Kummissjoni Michela Baldacchino. Dan l-Att Notarili kien iffirmat fis-Sede tal-Għaqda stess.

I mut il-Viċi President
Nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju 2021 ġriet l-aħbar tal-mewt ta' Saviour Mifsud li kien Viċi President tal-Għaqda, u Delegat Sports. Għal xi żmien ukoll kien jokkopa l-Kariga ta' Segretarju. Il-Funiral tiegħu sar fil-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju 2021. Il-Kumitat kien preżenti għal dan il-Funiral u b'turija ta' rispett i ndaqqlu l-last post minn Mużiċista tal-Għaqda.
L-Istatwa ta' Sa n Ġorġ jissielet mad-dragun projetà tal-Għaqda lura mill-Induratura 
Wara li fis-17 ta' Lulju 2018, id-Direttur Ġenerali John Mary Spiteri, kien għamel ftihem mal-Induratur Jason Farrugia, sabiex ikun hu li jagħmel ix-xogħol fuq l-Induratura Professjonali tal-Istatwa ta' San Ġorġ jissielet mad-dragun, fuq disin tal-istess Artist Chev. Adonia Camilleri Cauchi li wkoll kellu jerġa jiżboħ il-kar
naġjon wara l-Induratura. Il-pjan kien li dan ix-xogħol tal-Induratura bil-boll, jibda wara Awwissu 2020. Fil-fatt l-Istatwa kienet inġarret lejn il-bottega tal-Induratur kif kien pjanat. Kien is-Sibt 17 t' April 2021, meta l-Istatwa reġat inġabet lura fil-Każin. Dik is-sena kienet sena tal-Pandemija u allura il-marċ u Dimostrazzjoni b'din l-Istatwa ma setgħux isiru, u għalhekk l-Istatwa ġiet armata fil-bieb tal-Każin sabiex il-Pubbliku jkun jistà jara x-xogħol mill-aqwa li sar fuq din l-Istatwa meravilja. L-ispejjes ta' dan ix-xogħol inġabru m id-Direttur Ġenerali John Mary Spiteri, li kien il-Persuna responsabli minn dan il-proġett u li kien il-ħolma tiegħu. Kien it-Tnejn 25 t' April 2022, meta din l-Istatwa ħarġet għall-lewwel darba f'Dimostrazzjoni mal-Banda Anici b-Induratura.
Inawgurata, in-Niċċa tal- Istatwa ta' San Ġorġ jissi e let mad-dragun propjeta` tal-Għaqda
Kie n l-Erbgħa 6 t' April 2022, meta ġiet inawgurata, in-Niċċa ġganteska tal- Istatwa ta' San Ġorġ jissi e let mad-dragun propjeta` tal -Għaqda. Wara Programm Mużikali mill-Banda Anici fil-Każin taħt il-Patroċinju tal E.T Arċisqaf Emeritus Mons George Frendo, l-Istass Mons Frendo kien inawgura u birek din in-Niċċa. Ix-xogħol tal-injam fil-kewba sar mill-imgħallem Albert Attard fuq disin tad-Direttur Ġenerali John Mary Spiteri, filwat li l-Lostru sar volontarjament min Karmenu u Jurgen Cauchi. Sabiex tpoġġa l-ħġieġ kbir f'din in-Niċċa kellu jinġib apparat u nġenji, u dawn kienu possibli permezz ta' Sergio Agius li għamel dan ix-xogħol volontarjament. Minbarra ix-xogħol tal-injam din in-Niċċa sarila id-Demask u d-dwal li ġie installat minn Redeemer Zammit volontarjament. Dan ix-xogħol kien responsabli għalieħ id-Direttur Ġenerali John Mary Spiteri li wkoll ħa ħsieb jiġbor il-parti l-bira tal-fondi. Il-Kunsill Malti għall-arti wkoll ta' s-sehem tiegħu f'żewġ skemi ta' fondi li wkoll ħa ħsiebhom l-istess Direttur Ġenerali John Mary Spiteri. Ad Multos Annos.
|