Tagħlim tal-Mużika

 

 

Akkademja tal-Mużika Mro Frankie Galea

Fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici

TAGĦLIM TA' KWALITA'

L-għalliem tat-Tejorija Surmast Direttur Joseph Vella, u tal-Prattika' l-Assistent Surmast Vincent Bonnici rispettivament, qegħdin iwwaslu dan il-messaġġ permezz ta' din il-paġna fuq is-sit eletroniku uffiċjali tal-Għaqda.

Inselmulkom,

It-tagħlim tal-mużika aħna nieħduh bis-serjeta u l-istudenti tagħna qegħdin biss f'din l-Akkademja sabiex jitagħllmu u jimxu l-quddiem. M'hemmx post għal min irid jaħli l-ħin li għal ħaddieħor u mitqlu deheb. Minn din l-Akkademja minbarra li fejn tidħol it-Teorija l-istudenti jibqgħu miexjin il-quddiem fil-Mużika u nresquhom għall eżamijiet, fil-Prattka ta' kull sena noħorġu il-Mużiċisti li jingħaqdu mal-Banda. Dawn il-Mużiċisti joħorġu jitħarrġu mal-Banda fil-marċ tal-Milied, però uffiċjalment ikunu Mużiċisti tal-Għaqda meta l-Banda tkun qiegħda tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Fil-qasam Mużikali trid turi impenn, u aħna l-għalliema flimkien mal-Amministrattiv u l-Kummissjoni Banda hekk qiegħdin nagħmlu. Xhieda ċta ' dan hu l-fatt li f l-edizzjoni jiet tal-Iskema mill-Aġenzija Żgħażagħ, li aħna applikajna, il-proġett tagħna dejjem kien approvat. Dan huwa ta' unur kbir għalina, kif ukoll ċertifikat ta' kwalita. Għalina il-Mużika hija prijorita assoluta u minkejja li tofrilek sfidi mhux faċli xorta waħda nibqgħu nippersistu. Għalina il-Mużika hija prijorita assoluta u minkejja li tofrilek sfidi mhux faċli xorta waħda nibqgħu nippersistu. Il-Mużika tofrilek ukoll opportunitajiet li jafu jiswew ħafna fil- ħajja, iżda mhux hekk biss, il-Mużika tagħmel minnek bniedem b'moħħ miftuħ u inteliġenti. Nafu biżżejjed li llum l-istudenti Żgħażażgħ qiegħdin jiffaċċjaw problema ta' ħin sabiex ilaħħqu mal-istudji kollha li għandhom u għalhekk il-Mużika tofrilek sfida, għaliex ħafna jaqtgħu qalbhom u jgħidu din jonqosni, pero dawk li jiddeċiedu li għandhom jagħmlu sforz wara ma jiddispjaċihomx. Grazzi ukoll għall -Kummissjoni Banda li ma t ħ alli l - ebda opportunita ' ta ħ rabil h a , aħna nkomplu ntejbu l-kwalita' għaliex il-mezzi dejjem jikbru u allura dan kollu jibbenifikaw minnhu l-istudenti. Dan kollu l-Akkademja tal-Mużika tagħna tagħmlu mingħar ħlas u allura l-istudent għandu għażla ta' kwalita li għaliha mhu ser iħallas xejn. L-ispejjeż kollha tassorbihom l-Għaqda li permezz tal-Akkademja tal-Mużika tagħha noħorġu l-aħjar Mużiċisti fejn wara jkunu jistgħu mhux biss jagħmlu karriera għalihom infushom, iżda wkoll ikunu ta' servizz leali lejn il-Banda tal-Għaqda li tkun għamlithom Mużiċisti. Għaldaqstant inkomplu nħeġġu aktar studenti sabiex jingħaqdu fl-Akkadenja tal-Mużika tagħna, billi jew juru l-interess tagħhom permezz ta' dan is-sit eletroniku tal-Għaqda, u billi tmur fil-paġna Ikkuntatjana, jew billi tiġu l-Każin. Aħna nkunu hemm sabiex nilqgħukom. Il-lezzjonijiet aħna inkunu qegħdin nagħtuhom kull nhar ta' Erbgħa, mill-4.30pm sas-6.00pm il-Prattika u mis-6.00pm il-quddiem it-Tejorija. Tajjeb li nsemmu wkoll illi it-tagħlim tal-Mużika tagħna huwa rikonoxxut mill- B ord Malti tal-Kwalifikazzjonijiet u nistg ħ u nag ħ tu ċ ertifikat (School Leaving Certificate). Barra minn hekk meta l-istudent jasal għall-istrument niprovdulu wieħed aħna wkoll. Inkomplu inħeġġukom sabiex ma taqtgħux qalbkom, u tinagħqdu fl-Akkademja tal-Mużika Mro Frankie Galea fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, u tkunu qegħdin tibbenifikaw ħafna.

 

 

   

 

 

Premjazzjoni ta' l-istudenti fl-akkademja tal-Mużika Mro Frankie Galea fi ħdan l-Għaqda is-Sibt 17 ta' Jannar 2015
 
Kunċert f'jum il-Premjazzjoni ta' l-istudentii fl-akkademja tal-Mużika Mro Frankie Galea fi ħdan l-Għaqda l-Ħadd 2 ta' Diċembru 2012
 

Kunċert f'jum il-Premjazzjoni ta' l-istudenti tal-iskola Mużikali tas-soċjeta' tagħna s-Sibt 10 ta' Diċembru 2011