 |
|
Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri |
|
|
Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri 2018 |
|
|
Mill-bidu nett mit-twaqqif tal-banda Anici nħass il-bżonn li ż-żgħażagħ li kienu qegħdin jiffrekwentaw is-soċjeta' jinġabru numru minnhom u tiġi ffurmata Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Fil-fatt hekk kien sar u nħatar il-kavallier John. M. Spiteri bħala l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni. Tajjeb li nsemmu li din mhux kariga waħdanija li kellu fir-responsabilta tiegħu il-kavallier Spiteri. Barra li hu wieħed mill-erba' fundaturi kien ukoll fejn għadu sal-lum Direttur Ġenerali, Chairmann tal-Kummissjoni Banda w Arkivista. Kif kien mitlub jagħmel ippropona xi żgħażagħ li l-aktar kienu entużjasti biex b'hekk ġiet iffurmata is-sezzjoni żgħażagħ.
L-ewwel kariga ta' segretarju ta' din is-sezzjoni okkupata sinjorina li llum miżżewġa u tgħix fl-Awstralja din kienet is-sinjorina Dr. Ġekonda Mifsud li llum insibuha fil-karriera professjonali ta' Avukata. Tajjeb li nsemmu li fil-bidu din is-sezzjoni kienet tissejjaħ bħala sotto-kumitat żgħażagħ banda Anici li kienet iffurmata fost sotto-kumitati oħra fi ħdan l-għaqda. Maż-żmien din bdiet tissejaħ bħala Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri Banda Anici fejn hekk għadha magħrufa sal-lum. Fattur importanti, li nsibu f' din is-sezzjoni hija li kienet l-ewwel waħda li ġiet iffurmata fi ħdan għaqda fil-Paroċċa tagħna.
Fattur ieħor importanti fl-istorja ta' din is-sezzjoni kif diġa rajna, maż-żmien kienu jokkupaw membri fi ħdanha żgħażagħ ta' integrita kbira u llum insibu wħud minnhom bħal avukati, saċerdoti, u oħrajn li kisbu karriera ta' livell għoli fid-dinja tax- xogħol. Minn dan kollu juri biċ-ċar li din is-sezzjoni dejjem kienet iffurmata minn żgħażagħ intelliġenti, edukati u kapaċi. L-iskop ewlieni ta' din is-sezzjoni l-ewwel u qabel kollox kien li jsibu kenn fis-soċjeta' u jitbegħdu minn vizzji qerrieda li b' ħasra kbira ħafna żgħażagħ tilfu id-dinjita tagħhom. Iżda mhux hekk biss, il-ħeġġa taz-żgħożija tagħti stimolu qawwi għal enerġija u entużjażmu u skop ieħor ta' din is-sezzjoni hu, li torganizza il-briju waqt il-marċi mill-Banda Anici

Permezz ta' diversi attivitajiet li torganizza tkun tista tiġbor fondi biex b'hekk jagħmlu tajjeb għal ispejjeż iżda mhux hekk biss. Din is-sezzjoni minn dejjem ħasbet sa biex tnaqqax isimha f'diversi opri fil-każin u b'hekk tkompli turi l-maturita' u serjeta' fit-tmexxija tagħha. Tajjeb li nsemmu s-sehem f'dawn l-opri ewlenija kienet li ħarġet parti mill-ispejjeż biex saret l-istatwa' ta' San Ġorġ Marti li saret fil-bitħa tal-każin fl-1998, insemmu wkoll il-bust ta' Carmelo Spiteri fl-2000 li kien wieħed mill-erba' fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist tal-għaqda. Dan il-bust insibuħ fis-sala tal-kunċerti li hija msemmija għalih. F'din l-istess sala fl-2005 tpoġġiet opra oħra li ngħatat mis-sezzjoni, liema opra kienet tikkonsisti f'arloġġ u mejda prezzjużi u żewġ kandilabri li jikkumplementaw ma' l-arloġġ
Din is-sezzjoni fl-2004 kienet ukoll irregalat l-ewwel website tal-Għaqda. Kienet hi li ħarġet bl-idea u wara li l-amministrazzjoni tagħat l-għajnuna u l-approvazzjoni tagħha għadna ngawduha sal-lum. Din il-website illum taqa' taħt ir-responsabilta' tal-kumitat aministrattiv.
Imma jekk insemmu kollox u inħallu barra id-deversi sorpriżi li għamlet din is-sezzjoni waqt il-marċi brijjużi tal-Banda Anici nkunu ħallejna punt importanti ieħor f'din l-istorja ta' din is-sezzjoni. Minn barra li ta' kull sena tagħmel drapp ġdid ta' bnadar u bandalori li jinġarru waqt il-marċi għamlet ukoll diversi umbrellel li nbidlu u żdiedu matul is-snin. Insibu wkoll diversi pitturi fuq l-istess Armar u tant ħwejjeġ oħra, iżda ħaġa li tispikka f'din is-sezzjoni hija l-organizzazjoni brijjijuża fil-marċ tal-Gimgħa, l-aħħar jum ta' tridu fil-festa titulari. F'dan il-marċ dejjem tatna sorpriżi fost l-akbar u l-aktar li baqa' jisemmha hija ir-replika tal-faċċata tal-każin fl-2004,
u ir-replika tal-faċċata tal-Knisja Arċimatriċi ta' San Ġorġ Martri fl-2012 li it-tnejn kienu
magħmula mill-ġeblow u l-injam.
Interessanti wkoll illi dak kollhu li għamlet din is-sezzjoni għamluh il-membri tagħha, xiedha ta' dan hu li fis-sena 2005 kienet ukoll ġiet ikkumisjonata tagħmel armar għal festa ta' Stella Maris f'tas-Sliema. Dak kollhu juri il-ħeġġa u il-kapaċita ta' żagħażgħ Stillieri li tant għandhom għal qalbhom il-Banda u l-Festa ta' San Ġorg Martri li hu wkoll il-patrun ta' l-Għaqda Mużikali Anicċi u tal-Belt Pinto.

L-ewwel Sezzjoni Zghazagh fi hdan l-ghaqda 1988
Uħud mis-Sorprizi ta' matul s-snin |
|
|
2002 |
2003 |
|
|
|
|
2004 |
2003 |
|
|
|
|
2005 |
2004 |
|
|
|
|
2005 |
2005 |
|
|
|
|
2006 |
2006 |
|
|
|
|
2008 |
2009 |
|
|
|
|
2010 |
2011 |
|
|
|
|
|
|
|
2012 |
|
|
Jekk trid tagħmel kuntatt magħna ikklikja fuq l-indirizz elettroniku li jidher hawn taħt
Email tas-sezzjoni zghazagh: zghazagh@anicibandclub.org
|