mill-pinna ta’ Ivan Pace
Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici bdiet tieħu sehem fil-Karnival ta’ Malta. Saħansitra, l-Banda Anici kienet irċeviet stedina minngħand il-Kumitat Festi Nazjonali sabiex tiparteċipa. L-Amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien, aċċettat l-istedina u bdiet bil-ħidma.
Kemm il-Kumitat Amministrattiv kif ukoll is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri flimkien mal-volontiera bdew jaħdmu kemm fuq il-karru kif ukoll il-kostumi tal-bandisti. Bħala Qriema, waslu għall-konklużjoni li t-tema tal-karru kienet inatat l-isem ta’ “L-Ewwel Pinta Għolja”. Tajjeb li ngħid ukoll, li dik is-sena, l-karnival reġa beda jsir fi Frar.
Għal dan il-Karnival, il-banda daqqet erba darbiet. Hija kienet ħolqot atmosfera ferrieħa bid-daqq tal-marci u l-allegrija taż-żgħażagħ tagħha fit-toroq tal-Belt Kapitali. Valletta; kif ukoll il-Floriana. Għal dik is-sena l-Għaqda kienet kisbet tlett premji.
Wara dan is-suċċess, il-Banda Anici kella diversi stediniet oħra. Din anke ħadet sehem diversi drabi fil-Karnival ġewwa Ħal Qormi fuq stedina tal-Kunsill Lokali.
